Wara li dan is-sit żvela dettalji minn dak li seħħ fil-lejl ta’ bejn it-22 u t-23 ta’ Settembru li għadda fix-Xewkija, il-pajjiż kollu għadu qiegħed jiddiskuti hekk hux verità l-persuni li kien hemm fir-residenza ġewx attakkati minn ħares.
Ilbieraħ l-istorja saħansitra spiċċat fil-Parlament fejn id-Deputat Nazzjonalista Beppe Galea staqsa lill-Ministru tal-Intern Glenn Bedingfield dwar dan il-każ.
Galea staqsa hekk il-pulizija reġgħux marru fir-residenza fejn allegatament seħħ il-każ u anke x’investigazzjoni saret. Staqsa wkoll hekk il-Pulizija ġabritx stqarrijiet mill-persuni nvoluti u anke hekk wettqitx spezzjonijiet jew ġabritx evidenza.
Għal din il-mistoqsija, il-Ministru tal-Intern wieġeb billi qal “l-informazzjoni mitluba sparixxiet…”

