Sunday, May 5, 2024

“L-informazzjoni personali… minn protezzjoni għad-dħul tal-flus minnha talli tintuża?”

Aqra wkoll

Minn VICTOR VELLA

Min jaf kemm mortu quddiem aġenziji governattivi, u ġieli jgħidulkom li tali informazzjoni ma jistgħux jagħtuhielkom minħabba protezzjoni tad-data.  Min jaf kemm kien hemm qraba ta’ pazjenti li staqsew minn x’hiex qed ibatu l-pazjenti li jiġi minnhom iżda qalulhom li ma jistgħux jgħidu għax ikunu qed jiksru il-protezzjoni tad-data.  Imma issa jidher li s-sitwazzjoni se tkun qed tinbidel fejn tidħol l-Unjoni Ewropea, li tant kienet magħrufa bħala li tipproteġi l-informazzjoni taċ-ċittadini. Issa l-Unjoni Ewropea  qed tniedi suq għad-data personali. Qed ikun propost Trusts Projects li jippromwovi l-qsim u t-tixrid ta’ data personali bħala dmir ċivili.

L-ORIZZONT fl-aħħar jiem tkellem ma’ esperti f’dan il-qasam dwar l-istateġija ġdida tal-Unjoni Ewropea dwar il-governanza tad-data.

Fi kliem l-esperti f’dan il-qasam, “din l-istrateġija qed tieħu l-kwistjoni tad-data f’livell totalment differenti. L-Unjoni Ewropea issa qed turi li trid tiffaċilità l-użu tad-data personali u anke qed tara li jista’ jsir dħul finanzjarju minnha. Din l-istrateġija  issa qed tmur ħafna lil hinn mill-politika li tipproteġi l-privatezza tad-data u minflok qed tippromvodi il-qsim u tixrid ta’ dik dik l-istess data jew informazzjoni”.

Jidher li l-Unjoni Ewropea trid li jinħoloq suq tad-‘data personali’ u dan permezz ta’ mekkaniżmu imsejjaħ ‘data trust’.  Din id-data trust se tkun responsabbli mill-informazzjoni li jkun hemm. 

L-istess esperti sostnew magħna li “issa l-Unjoni Ewropea qed tara li d-data personali tista’ titqies bħala xi ħaġa importanti. Dan minnu infieh joħloq għadd ta’ mistoqsijiet li sa issa għad m’hemmx tweġiba ċara għalihom. Jekk dik l-informazzjoni tintuża ħażin jew b’mod abbużiv, iċ-ċittadini se jkunu tilfu id-drittijiet fuq id-data tagħhom? Il-Gvernijiet x’saħħa se jkollkom biex jirregolaw din l-industrija ġdida?”. 

Irid jingħad li dan it-Trust Project kif propost mill-istrateġija tal-Unjoni Ewropea se jkun implimentat fis-sena 2022 b’baġit ta’ aktar min €6 miljuni.  Dan se jwassal biex se titwaqqaf strutturi ta’ informazzjoni personali u din l-istess struttura se tkun il-pjattaforma għal negozji, gvernijiet u aġenziji biex jaċċess informazzjoni fuq iċ-ċittadini.

L-istess esperti qalulna li “mhux magħruf eżattament kif se jaħdmu kumpaniji kbar tat-teknoloġija, iżda li hemm interesanit hu dak li ċ-ċittadini jingħataw dawk li qed jissejħu ‘data dividends’ li jinkludu ħlas minn kumpaniji talli jkunu użaw id-data personali ta’ dawk l-istess individwi. Sa issa mhux magħruf dan kemm se jkun.

L-istess esperti qalulna li wieħed irid iżomm f’moħħu b’mod partikolari iċ-ċittadini li d-data tagħhom se tkun maħżuna f’servers pubbliċi li jitmexxew mid-data trusts. 

Sport