Saturday, December 21, 2024

L-Inġ. Trustin Farrugia Cann jinħatar Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta

Aqra wkoll

L-Inġinier Trustin Farrugia Cann inħatar bħala Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali. 

Il-ħatra tidħol fis-seħħ mil-lum, it-Tnejn 23 ta’ Mejju 2022. 

Inġ. Farrugia Cann huwa inġinier li serva fil-Water Services Corporation fejn mexxa diversi inizjattivi, fosthom proġetti dwar sorsi ta’ enerġija rinovabbli u effiċjenza fl-enerġija. Farrugia Cann ħadem fl-Energy and Water Agency kif ukoll bħala lettur fl-MCAST. Huwa ggradwa b’Master of Science fl-Università James Madison f’Virginia fl-Istati Uniti. 

Huwa wkoll referee tal-FIFA u nħatar għal diversi logħbiet internazzjonali mal-kompetizzjoni tal-UEFA u tal-FIFA. 

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali, Aaron Farrugia, irringrazzja lill-Inġ. Frederick Azzopardi li serva f’dan l-irwol għall-ħidma li wettaq f’dan l-irwol matul is-snin. 

Ekonomija

Sport