Saturday, December 21, 2024

L-Ingilterra champions Ewropej ta’ Taħt il-21 sena

Aqra wkoll

L-Ingilterra huma ċ-champions Ewropej ta’ Taħt il-21 sena meta fil-finali, li ntlagħbet f’Batumi Arena, fil-belt ta’ Batumi f’Georgia, huma għelbu lil Spanja bl-iskor ta’ 1-0. 

Dan kien it-tielet suċċess għall-Ingliżi wara li kienu rebħu fl-1982 u fl-1984. 

Intant, wara li l-Ingliżi ġew imċaħħda mil-lasta minn tentattiv ta’ Levi Colwill, fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima t-Three Lions skorjaw dak li kellu jkun il-goal tar-rebħa meta l-free-kick ta’ Cole Palmer ġie devjat minn Curtis Jones. 

Proprju fis-96 minuta, Spanja ngħataw penalty iżda l-goalkeeper, James Trafford, kien providenzjali meta laqa’ x-xutt ta’ Abel Ruiz mill-11-il metru biex wettaq rekord ta’ kull żmien li sar l-uniku goalkeeper li baqa’ bla megħlub matul it-tournament kollu. F’din il-partita tkeċċew ukoll Antonio Blanco (100) u Morgan Gibbs-White (101). 

Ekonomija

Sport