Friday, December 27, 2024

L-Ingilterra fil-kwarti-finali mingħajr tbatija … jiltaqgħu kontra Franza

Aqra wkoll

Ingilterra……………..3

Senegal………………..0

L-Ingilterra kkonvinċew bis-sħiħ u mingħajr tbatija għelbu lis-Senegal bl-iskor ta’ 3-0 biex b’hekk kisbu l-passaġġ għall-kwarti-finali, fejn se jkunu qed jaffrontaw lil Franza, nhar is-Sibt li ġej.

L-Ingliżi fetħu l-iskor fit-38 minuta meta l-captain Harry Kane għadda tajjeb lejn Jude Bellingham li min-naħa tiegħu serva fuq platt tal-fidda lil Jordan Henderson li mill-viċin u permezz ta’ xutt mill-ewwel tefa’ ġewwa.

Huma komplew jiddettaw il-logħob u fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima rdppjaw l-iskor meta Jude Bellingham seraq ballun f’nofs ground, għadda tajjeb lejn Phil Foden li min-naħa tiegħu serva lil Harry Kane li avvanza tajjeb u tefa’ l-ballun fix-xibka, biex b’hekk skorja l-ewwel goal tiegħu matul din l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja.

U jidher li t-Three Lions ma kinux kuntenti biżżejjed b’dan l-iskor hekk kif fis-57 minuta skorjaw it-tielet goal meta Phil Foden qabeż tajjeb lil Youssouf Sabaly fuq ix-xellug, u mbagħad lil Kalidou Koulibay, qabel xeħet cross delizzjuż lejn Bukayo Saka li b’eleganza u b’xutt mill-ewwel għolla l-ballun bi ftit minn fuq il-goalkeeper tas-Senegal, Edouard Mendy.

Ingilterra: Jordan Pickford, Kyle Walker, John Stones (Eric Dier 76), Harry Maguire, Luke Shaw, Jordan Henderson (Kalvin Phillips 82), Declan Rice, Jude Bellingham (Mason Mount 76), Bukayo Saka (Marcus Rashford 65), Harry Kane, Phil Foden (Jack Grealish 65) Coach: Gareth Southgate

Senegal: Edouard Mendy, Youssouf Sabaly, Kalidou Koluibaly, Abdou Duialo, Ismail Jakobs (Fode Ballo-Toure 84), Pathe Ciss (Pape Gueye 46), Nampalys Mendy, Krepin Diatta (Pape Sarr 46), Iliman-Cheikh Ndiaye (Ahmadou Dieng 46), Ismaila Sarr, Boulaye Dia (Famara Diedhiou 72) Coach: Aliou Cissé

Referee: Ivan Barton (El Salvador)

Ammoniti: K. Koulibaly (S)

Ekonomija

Sport