Monday, December 23, 2024

L-Ingilterra jibdew favoriti kontra Wales

Aqra wkoll

Minn Grupp B, fit-8.00 pm, f’konfront bejn żewġ timijiet Britanniċi, Wales jaffrontaw  lill-Ingilterra.

Filwaqt li t-Three Lions jinsabu jillidjaw dan il-grupp u għandhom ċans tajjab li jispiċċaw bħala r-rebbieħa tiegħu, Wales,  iridu jirbħu u jittamaw li r-riżultat bejn l-Iran u l-Istati Uniti jmur favur tagħhom.

Il-goalkeeper numru wieħed ta’ Wales Hennessey huwa sospiż wara li tkeċċa fit-telfa ta’ 2-0 kontra l-Iran u għaldaqstant, Danny Ward, se jingħata r-responsabbiltá biex jgħasses il-lasti.

Iż-żewġ eroj tagħhom, Gareth Bale u Aaron Ramsey, kienu prattikament ineżistenti kontra l-Iran, iżda Page xorta waħda mistenni juri fiduċja fihom.

Fir-rigward tal-Ingilterra, Southgate jista’ jkun qed jaħdem mal-iskwadra kollha għal din il-partita wara li laqa’ lil James Maddison lura għat-taħriġ minn injury fl-irkoppa … u għandu l-probema tal-lussu fl-għażla tal-formazzjoni iniz­jali.

Ir-ritorn ta’ Kyle Walker jista’ jara lill-player ta’ Manchester City jirritorna fuq in-naħa tal-lemin minflok Kieran Trippier, minkejja s-sejħiet għal Southgate biex jintroduċi lil Trent Alexander-Arnold.

Harry Kane għadu qed jistenna l-ewwel goal tiegħu f’din il-kompetizzjoni, iżda prattikament m’hemm l-ebda ċans li l-captain jitlef postu fl-attakk.

Ekonomija

Sport