Saturday, December 21, 2024

L-Ingilterra ordnati jilagħbu partita waħda bil-bibien magħluqa

Aqra wkoll

L-Ingilterra ġew ordnati jilagħbu partita waħda bil-bibien magħluqa bħala sanzjoni għall-inkwiet fil-Wembley Stadium matul il-finali tal-Euro 2020.

Il-Uefa imponiet ukoll projbizzjoni għat-tieni logħba, li hija sospiża għal sentejn.

L-FA Ingliża ġiet immultata €100,000 ewro għal “n-nuqqas ta’ ordni u dixxiplina ġewwa u madwar il-grawnd” għal-logħba.

“Għalkemm aħna diżappuntati bil-verdett, aħna nirrikonoxxu l-eżitu ta’ din id-deċiżjoni tal-Uefa,” qalet l-FA.

Il-partitarji ġġieldu ma’ stewards u pulizija waqt li ppruvaw jidħlu f’Wembley għall-finali tal-11 ta’ Lulju, li l-Ingilterra tilfet kontra l-Italja bil-penalties.

Mijiet ta’ partitarji daħlu f’Wembley għall-partita mingħajr biljetti wara li żoni madwar il-ground kienu ppakkjati qabel il-bidu tal-finali.

Ħafna qagħdu fiż-żona riservata għall-qraba tal-players.

Il-Pulizija Metropolitana kienet qalet li saru 51 arrest marbutin mal-finali, b’26 minnhom saru f’Wembley.

“Aħna nikkundannaw l-imġieba terribbli tal-individwi li kkawżaw ix-xeni tal-għajb  madwar Wembley Stadium fil-finali tal-Euro 2020, u jiddispjaċina ħafna li wħud minnhom setgħu jidħlu fil-ground,” żiedet tgħid l-FA.

“Aħna determinati li dan qatt ma jiġi ripetut, u għalhekk ikkummissjonajna reviżjoni indipendenti, immexxija mill-Barunessa Casey, biex tirrapporta dwar iċ-ċirkostanzi involuti.

“Aħna nkomplu naħdmu mal-awtoritajiet rilevanti b’appoġġ għall-isforzi tagħhom biex jieħdu azzjoni kontra dawk responsabbli u nżommuhom responsabbli.”

Ekonomija

Sport