L-Ingilterra se tkun qiegħda tagħti lil Franza kważi £500 miljun fuq tliet snin f’tentattiv li twaqqaf immigranti li jaqsmu bejn iż-żewġ pajjiżi.
Dan tħabbar waqt summit f’Pariġi bejn il-Prim Ministru Rishi Sunak u l-President Emmanuel Macron li qal li Franza wkoll lesta tikkontribwixxi.
Il-flus se jkunu qegħdin jintużaw biex għal 500 uffiċjal u ċentru ta’ detenzjon ġdid fi Franza, iżda dan kollu mhux se jkun qiegħed jopera b’mod sħiħ qabel l-aħħar tas-sena 2026.
Madanakollu, l-Ingilterra qiegħda tippjana li tħallas lil Franza £63 miljun din is-sena biex tkun tista’ tindirizza l-problema.
Is-sena li għaddiet kien hemm żieda sostanzjali fin-numru ta’ persuni li pruvaw jaqsmu lejn l-Ingilterra fuq dgħajjes żgħar.