Fl-Ingilterra kienet irreġistrata l-ogħla rata ta’ mwiet sa minn Frar tas-sena li għaddiet.
Dan hekk kif fl-aħħar mietu madwar 534 persuna wara li rriżultaw pożittivi għall-virus. Fil-jum ta’ qabel kienu reġistrati 219-il fatalità u 112,458 każ ġdid.
Barra minn hekk, fl-aħħar sigħat kienu reġistrati total ta’ 88,085 każ ġdid ta’ Covid-19.
Skont studju dwar l-imxija tal-Covid-19 fl-Ingilterra jidher li dawk l-aktar infettati kienu t-tfal filwaqt li l-anqas rata ta’ infezzjonijiet kienet dik fost persuna ta’ 70 sena jew aktar. Dawn tal-aħħar jammontaw għal total ta’ 1.97 fil-mija biss tal-infezzjonijiet.