Saturday, November 9, 2024

L-inġinier Malti li miet fl-Iskozja se jingħata l-aħħar tislima għada

Aqra wkoll

Il-kadavru tal-inġinier u riċerkatur Dr John Joseph Valletta, jew kif kien magħruf f’pajjiżna u l-Ingilterra bħala J.J., bħalissa jinsab fuq titjira għal Malta biex għada tingħata l-aħħar tislima. Il-funeral tiegħu se jsir fit-8.00a.m. ġewwa l-Parroċċa ta’ Bormla. Għal kull min jixtieq, il-quddies se tkun imxandra live ukoll fuq: https://www.youtube.com/channel/UCPxdVqSahh9ziLDZADw7r9A

J.J. miet b’kawżi naturali nhar il-Ħadd 25 ta’ Ottubru waqt li kien qiegħed jimxi fuq il-muntanji tal-Iskozja, fejn kien qiegħed jgħallem ġewwa l-Università ta’ St. Andrews. 

Sħabu għamlu dak kollu li setgħu biex jinġieb lura Malta biex isirlu funeral kif jixraqlu f’pajjiżna u proprju għalhekk kienu fetħu paġna biex jiġbru l-flus neċessarji biex jagħmlu dan. Minn hawnhekk, sħabu xtaqu jirringrazzjaw lil kull min ta d-donazzjoni u qalu li ta’ dan se jibqgħu eternament grati.

J.J. kien deskritt bħala bniedem ġenwin, intelliġenti u dejjem bit-tbissima fuq wiċċu. Minkejja li kien għad kellu biss 37 sena, huwa kien diġà ħalla impatt fuq il-kollegi akkademiċi, studenti u ħbieb. Fost ix-xogħol li wettaq, J.J. kien ipproduċa diversi pubblikazzjonijiet fil-qasam tal-istatistika marbuat mal-mard infettiv.

Sport