L-Ingilterra kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva fi Grupp D hekk kif għelbu lid-Danimarka fis-Sydney Football Stadium, f’Sydney b’goal kmieni fil-partita, eżattament fis-sitt minuta.
Kienet proprju l-attakkanta ta’ Chelsea Lauren Jamesli permezz ta’ xutt mid-distanza ma tat l-ebda ċans lill-goalkeeper tad-Danimarka, Lene Christensen.
Id-Daniżi wettqu raezzjoni tajba u kienu sfortunati li ma ġabux l-iskor indaqs permezz ta’ Amalie Vangsgaard meta d-daqqa ta’ ras tagħha stampat mal-mimduda.