Sunday, November 24, 2024

L-Ingliżi wisq b’saħħithom għall-Maltin

Malta - 0; Ingilterra - 4

Aqra wkoll

Malta: 1-Henry Bonello, 2-Cain Attard (15-Juan Carlos Corbalan 87), 4-Steve Borg, 6-Matthew Guillaumier (20-Yannick Yankam 46), 7-Joseph Mbong, 9-Kyrian Nwoko (14-Alex Satariano 60), 10-Teddy Teuma, 11-Jodi Jones (18-Jurgen Degabriele 76), 13-Ferdinando Apap, 19-Bjorn Kristensen (17-Nikolai Muscat 60), 22-Zach Muscat Coach: Michele Marcolini

Ingilterra: 1-Jordan Pickford, 2-Kieran Trippier, 3-Luke Shaw (17-Tyrone Mings 59), 4-Declan Rice, 5-Marc Guehl, 6-Harry Maguire, 7-Bukayo Saka (Phil Foden 46), 8-Jordan Henderson (18-Marcus Rashford 59), 9-Harry Kane (23-Callum Wilson 60), 10-Trent Alexander-Arnold, 11-James Maddison (21-Eberechi Eze 69) Coach: Gareth Southagte

Referee: Igor Pajac (Kroazja)
Ass. Referees: Goran Pataki, Ivan Mihajl (Kroazja)
Raba’ Uffiċjal: Patrik Kolaric (Kroazja)
Skorers: F. Apap og 8, T. A. Arnold 28, H. Kane pen. 31, C. Wilson pen. 82 (I)
Ammoniti: B. Kristensen (M)
Attendenza: 16, 277

It-team nazzjonal Ingliż irriżulta bħala wisq b’saħħtu għal dak Malti meta għelbu bl-iskor ta’ 4-0, bl-Ingliżi jkunu diġá assigurati mir-rebħa sa tmiem l-ewwel taqsima, hekk kif diġá kienu tliet goals minn fuq.

Kienu l-Ingliiżi li ħarġu fuq l-offensiva u fis-sitt minuta, il-captain Harry Kane kellu xutt fil-baxx minn ġol-kaxxa salvat mingħajr wisq diffikultá mill-goalkeeper Malti, Henry Bonello.

L-Ingliżi fetħu l-iskor fit-tmien minuta meta Trent Alexander-Arnold għadda tajjeb lejn Bukayo Saka li avvanza tajjeb xeħet cross fil-baxx għan-nofs, bid-difensur ta’ Hibernians Ferdinando Apap fit-tentattiv li jantiċipa lil Harry Kane tefa’ fil-lasta tiegħu stess, biex b’hekk irriżulta auto-goal sfortunat.

Fit-28 minuta, huma rduppjaw l-iskor permezz ta’ xutt minn barra l-kaxxa ta’ TRENT ALEXANDER ARNOLD li ma ta l-ebda ċans lil Henry Bonello li nqabad ftit barra minn postu.

Man-nofsiegħa logħob Declan Rice dejjem ghat-Three Lions kellu xutt minn barra l-kaxxa jiġi salvat parzjalment minn mal-art minn Henry Bonello, biex Matthew Guillaumier waqqa’ lil Harry Kane fil-kaxxa liema player kien destinat li jikkonkludi lejn il-lasti.

Mill-11-il metru nkariga ruħu l-istess HARRY KANE li permeżż ta’ konklużjoni b’saħħitha ċentrali ma żbaljax, b’dan ikun l-54 goal għalih bil-flokk tat-team nazzjonali Ingliż, u t-tielet goal għalih fi tliet logħbiet f’din il-kompetizzjoni.

Fil-45 minuta eżattament qabel tmiem l-ewwel taqsima, Bukayo Saka kellu xutt fil-baxx mid-distanża salvat bi bravura minn Bonello.

Konxji li r-rebħa kienet diġá assigurata, l-Ingliżi naqsu ftit mir-rendiment tagħhom u kien biss fil-81 minuta li waslet l-ewwel azzjoni denja ta’ nota, bl-Ingliżi jkunu huma li jersqu lejn il-lasti avversarji u jirbħu penalty. Dan meta cross ta’ Callum Wilson ħabat ma’ id il-captain Steve Borg fil-kaxxa, bir-referee Kroat Igor Pajac jasal għad-deċiżjoni li jordna l-penalty wara li kkonsulta mal-VAR.

Mill-11-il metru inkariga ruħu l-istess CALLUM WILSON li ma żbaljax hekk kif tefa’ l-ballun naħa u lil Bonello n-naħa opposta.

Sport