Monday, December 23, 2024

“L-injezzjoni kontra l-Covid-19 se tkun f’pajjiżna fil-bidu ta’ Jannar” – id-DPM Chris Fearne

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Dr Chris Fearne fi stqarrija ministerjali waqt li ħabbar li l-injezzjoni kontra l-Covid19 mistennija tasal f’Malta fil-bidu ta’ Jannar, iddikjara  “li llum qed ngħixu l-Covid19 fi klima differenti minn Marzu. Illum mhux qegħdin fuq l-għatba tar-Rebbiegħa imma fuq l-għatba tal-Ħarifa. Illum għandna sitt hubs imferrxin mal-pajjiż u dawn għamlu xejn inqas minn 300,000 swab test. Nidejna l-help line li sa issa irrispondew ma’ nofs mijun telefonata.  Bħalissa għaddejjin bl-evalwazzjoni tar-Rapid Test Kits. Il-ħsieb hu li dawn jibdew jintużaw sa l-aħħar ta’ dan ix-xahar. Dan hu importanti għax b’hekk biss nistgħu nidentifikaw persuni pożittivi, niżolaw u ta’ madwarhom jitpoġġew fi kwarantina.”

Tenna li “f’dawn il-ġranet hekk kif il-każijiet pożittivi tela’, qed inżidu l-istaff marbut mal-contct tracing. Kellna 32 persuna jagħmlu dan u telgħu għal 53 persuna u fil-jiem li ġejjin se jitla’ għal 80 persuna. Fl-Isptar Mater Dei il-preparamenti kienu kbar. Għamilna erba’ ITU’s ġodda  u b’kollox għandna 7 ITU’s f’Mater Dei. F’Mater Dei minn 20 fil-bidu tas-sena illum għandna 120 sodda fl-ITU. Biex għamilna dan kollu kellna nakkwistaw ammontaw kbir ta’ apparat, fosthom ventilators.  Xtrajna 26 miljun par inkwanti, miljun viser u ħafna disposables oħra.  630, ħand sanitizerm 150,000 par googles, miljun u tlett mitt elf  gown.”

Saħaq li “t-tama hi li tinstab injezzjoni kontra dan il-virus. Tenna li grazzi għax-xogħol li għamilna, Malta se tkun mal-ewwel pajjiżi fid-dinja li se tirċievi l-injezzjoni. Għandna tlett ftehim ma’ Astra Zeneca, Sanofi u Johnson & Johnson. Dan se jkun ifisser li fi żmien sitt xhur mindu tinħareġ l-injezzjoni, kulħadd f’pajjiżna se jkun tlaqqam.

Hu ddikjara li jekk kollox jibqa’ għaddej kif inhu l-ewwel injezzjoni f’Malta mistennija tasal fil-bidu ta’ Jannar.”

“Sfortunatament il-Covid19 f’pajjiżna ħalliet ukoll il-vittmi. Ħalliet 46 vittma u kull mewt hi traġedja. Hu ta’ unur li l-ħidma li qed nagħmlu qed tkun rikonoxxuta fil-qasam internazzjonali”.

Ekonomija

Sport