Sunday, November 24, 2024

L-inkjesta Bernice: Nuqqas ta’ riżorsi u akkumulazzjoni ta’ każi

Aqra wkoll

Il-Gvern ippubblika l-konklużjonijiet tal-inkjesta indipendenti b’rabta mal-qtil ta’ Bernice Cassar. Din l-inkjesta, immexxija mill-Imħallef irtirat Geoffrey Valenzia, inħatret sabiex ikunu stabbiliti l-fatti u ċ-ċirkostanzi li wasslu għal dan il-femiċidju.

L-inkjesta kellha wkoll tistabbilixxi jekk kienx hemm xi nuqqas minn xi entità u tagħmel ir-rakkomandazzjonijiet opportuni jekk tirriskontra xi nuqqas.
L-inkjesta ġiet ippubblikata waqt konferenza tal-aħbarijiet li ġiet indirizza mill-Ministru tal-Ġustizzja Jonathan Attard u l-Ministru tal-Intern Byron Camilleri
Bernice Cassar, omm ta’ żewġt itfal, inqatlet kiesaħ u biered nhar it-22 ta’ Novembru li għadda fiż-Żona Industrijali ta’ Kordin, b’tiri ta’ arma tan-nar f’wiċċha u f’sidiriha. B’rabta ma’ dan id-delitt, qed jiġi mixli żewġha Roderick Cassar, li qed iwieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontra tiegħu.

Il-Ministru tal-Ġustizzja qal li mill-inkjesta joħroġ ċar li kien hemm nuqqas ta’ riżorsi u akkumulazzjoni ta’ każi. Hu qal li mill-konklużżjonijiet huwa ċar li s-sistema ma ħadmitx minħabba dawn ir-raġunijiet.

Il-Ministru Attard tkellem dwar is-sitwazzjoni preżenti tal-Qorti, x’sar s’issa u x’se jkomplu wettqu biex sitwazzjonijiet bħal dawn ma jerġgħux jiġru.

Hu sostna li meta jkollok inċidenti ta’ dan it-tip, rapport ta’ każi ta’ vjolenza domestika, persuna titressq il-qorti jew b’ċitazzjoni jew inkella b’arrest f’każi aktar serji.

Meta persuna titressaq il-qorti b’arrest dan issir preżentata fi żmien 48 sena. Fil-każ ta’ Bernice r-raġel tagħha kellu jitressaq il-qorti b’ċitazzjoni. Però f’każi bħal dawn ukoll il-Qorti toħroġ protection order biex b’hekk l-allegat vittma tkun protetta.

Fil-każ ta’ Bernice d-data tas-smigħ li fiha kellu jidher żewġha kienet f’Novebru tal-2023. Kien f’Lulju tal-2022 meta l-vittma għamlet talba għal ordni tal-protezzjoni u din it-talba kienet intlaqgħet.

Il-Ministru Attard sostna li meta persuna titressaq b’ċitazzjoni hemm Maġistrat wieħed jisma’ l-kawżi ta’ vjolenza domestika. Għalhekk kien imposibbli li tiżdied il-frekwenza tas-seduti biex dawn il-każi jinstemgħu aktar malajr.

Kien għalhekk li skatta proċess biex fil-Qorti jkun hemm Maġistrat ieħor.
Issa li dan il-proċess intemm tal-ħatra tal-Maġistrati, il-Prim Imħallef ħa l-passi biex jaħtar Imħallef ieħor fuq dawn il-każijiet. Il-Ministru sostna li l-Maġistrat li sal-lum kienet tisma dawn il-każijiet kellha anke xogħol ieħor assenjat lilha.

Hu kompla jgħid li l-Gvern wieġeb għat-talba biex ikun hemm żieda fil-Maġistrati, u issa nistennew li jkun hemm żieda fis-smigħ tal-kawżi.

Il-Ministru Attard sostna li s-seduti għandhom jitriplaw u għalhekk kważi bħal dawn għandhom jiġu appuntati fi żmien raġjonevoli.

Hubs ġodda biex jilqgħu fihom vittmi ta’ vjolenza domestika

Min-naħa tiegħu l-Ministru tal-Intern Byron Camilleri qal li xejn minn dak li nistgħu ngħidu ma jista’ jfarraġ lill-familjari tal-vittma jew vittmi oħrajn.

Fost ir-rakkomnazzjonijiet hemm bżonn li l-Gender Based u d-Domestic Violence Unit li hemm bżonn li jiżdiedu n-numru ta’ uffiċjali f’din it-taqsima u għalhekk hemm bżonn 60 uffiċjal.

Il-Ministru Camilleri qal li l-pass li jmiss hu li din il-unit ma tibqax ċentralizzata fil-kwartieri tal-pulizija. Fil-fatt beda x-xogħol biex għassa f’Santa Luċija tkun konvertita f’hub għal dan il-Unit fejn tibda tilqa’ fiha l-vittmi tal-Vjolenza Domestika.

Ġie magħżul sit ieħor fl-Imsida biex dan ikun konvertit fit-tieni hub għal vittmi ta’ vjolenza domestika. Dan fl-istess waqt li l-allegat aggressur jibqa’ jiġi investigat fid-depot tal-pulizija. B’dan il-mod il-partijiet ma jkunux fl-istess post.

Sar ftehim ukoll mal-Ministru tal-Familja biex f’dawn il-hubs ikun hemm preżenti social workers li b’mod immedjat ikunu jistgħu joffru l-għajnuna lill-vittmi.

Il-Ministru Camilleri qal li l-inkjesta tagħmel rakkomandazzjonijiet fuq sistema ta’ triage fir-rapporti ta’ vjolenza domestika u anke risk-assesment.

Tipproponi sistema ta’ triage fejn każijiet ikunu meqjusa bħala urġenti u għalhekk jingħataw prijorità. Tippropini wkoll biddla fis-sistema ta’ kif isir ir-risk assessment li jsir minn social workers.

Meta ġie biex jitkellem dwar l-ordni ta’ protezzjoni, il-Ministru Camilleri qal li meta tinkiser din l-ordni se tibda tittieħed azzjoni mill-ewwel u l-allegat aggressur ikunu arrestat b’mod immedjat. Se jkun hemm proċeduri stabbiliti fi ħdan il-korp tal-pulizija u kulħadd se jkollu l-obbligu li jimxi ma’ dawn il-proċeduri.

Tkellem ukoll dwar electronic tagging fejn il-Ministru tal-Intern qal li se jaħtar lil Prof. Joe Cannataci biex jipprepara qafas ta’ emendi li imbgħad jiġu intavolati fi stadju ta’ kumitat tal-abbozzi fejn jiddaħal dritt li vittma tagħżel minn jhedda jew jheddu li tun tagged. B’dan il-mod is-sistema elettronika tinforma lill-awtoritajiet jekk il-persuna b’ordni ta’ protezzjoni tersaq lejn il-vittma.

Sport