Thursday, November 14, 2024

L-inkjesta dwar l-immigranti f’idejn l-AĠ

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-inkjesta dwar l-immigranti ġiet konkluża għalkemm mhux magħruf x’kienu l-konklużjoni tal-Maġistrat Joe Mifsud.

Kopja tagħha ntbagħtet lill-Avukat Ġenerali bil-Prim Ministru Robert Abela mistenni jitlob kopja tagħha hekk kif l-ilment imressaq mill-għaqda Repubblika kien jinvolvi wkoll lilu, lill-Kmandant tal-Forzi Armati u s-suldati mill-Iskwadra Marittima.

L-istess mistenni jagħmel l-Avukat Herman Mula li flimkien mal-GWU assista lis-suldati hekk kif wieħed wara l-ieħor bdew jissejħu biex jixhdu fl-inkjesta.

It-talba tal-għaqda Repubblika saret wara allegazzjoni li s-suldati qatgħu ‘cable’ tad-dgħajsa li kienu fuqha. Is-suldati dejjem ċaħdu din l-allegazzjoni.

Kif semgħet li l-inkjesta diġa ġiet konkluża l-għaqda Repubblika qalet li hija sorpriża kif tlestiet daqshekk malajr għax mhux normali li inkjesta dwar każ bħal dan titlesta malajr.

Hija talbet li l-inkjesta ssir pubblika u sostniet li tagħmel l-osservazzjonijiet tagħha meta jsir dan.

Ekonomija

Sport