Sunday, November 24, 2024

L-INKJESTI MAĠISTERJALI U D-DEWMIEN BIEX JITLESTEW

Aqra wkoll

Matul is-snin, f’pajjiżna saru diżgrazzji ta’ kull xorta u huwa fatt li mhux la kemm dawn jiġu evitati. Jitnaqqsu jistgħu imma li ma jseħħux aktar huwa diffiċli. Isiru kemm isiru riformi u jinbidlu kemm jinbidlu l-liġijiet, ċertu diżgrazzji se jibqgħu jseħħu, ġenwina kemm tkun ġenwina l-intenzjoni tal-leġislatur. B’danakollu, skont il-liġijiet Maltin, kull diżgrazzja ta’ ċertu portata tiġi nvestigata b’inkjesta maġisterjali bl-iskop ewlieni li jsir magħruf mhux biss min kien responsabbli imma wkoll x’wassal biex isseħħ id-diżgrazzja.

F’pajjiżna nisimgħu ta’ sikwit il-frażi li l-ġustizzja mhux biss trid issir imma wkoll trid tidher li qed issir. U forsi din il-frażi tinstema l-iktar għaliex hemm it-tendenza li l-proċessi fil-qrati tagħna jieħdu ħafna fit-tul biex jiġu mitmuma. U hekk hu għaliex kieku ħadd ma jgħid li meta tidħol il-qorti taf imma meta toħroġ ma tafx.

Bħalissa għaddejja inkjesta mill-Magisatrat Dr Marse-Ann Farruġia dwar it-traġedja li fiha tilef ħajtu iż-żgħażugħ Jean Paul Sofia wara li ntradam minn bini li kkollassa f’sit tsl-koistruzzjoni f’Kordin madwar seba xhur ilu. Fl-istess każ korrew ukoll ħames peruni oħra li kienu qed jaħdmu fuq l-istess sit.

Nifhmu li inkjest maġisterjali bħal din hija waħda delikata tant li, kif kellu jsir, tinkludi fiha kemm lill-Pulizija u anki lill-Awtorita tas-saħħa u s-Sigurta fuq il-Post tax-Xogħol. Daqshekk qed tingħata importanza din it-traġedja. Dan ukoll jirrifletti s-serjeta li biha qed titmexxa l-istess inkjesta.

Imma nemmnu li d-delikatezza, ir-reqqa u s-serjeta f’kull investigazzjoni li tkun meħtieġa li ssir bl-ebda mod m’għandhom ikunu ta’ ostaklu għall-ħeffa biex l-inkjesta titlesta fi żmien raġonevoli. U dan insostnuh la darba l-inkjesti maġisterjali huma skont il-liġi l-lok propju fejn issir il-ġustizzja kemm ma’ min kien reponsabbli għat-traġedja u kemm mal-qraba tal vittmi.

Għalhekk f’dan il-kuntest aħna naqblu mal-Prim Ministru li, bla ma jindaħal fl-amministrzzjoni tal-ġustizzja jew fix-xogħol tal-ġudikatura, qed jimbotta biex l-inkjesta maġisterjali dwar il-mewt ta’ Jean Paul Sofia titlesta bla aktar dewmien u b’hekk mhux biss issir il-ġustizzja ma min ħaqqu imma wkoll jingħalaq dan il-kapitlu traġiku li qanqal mhux biss tant emozzjonijiet iumma wkoll rikbiet fuq karri politiċi

Sport