Saturday, October 26, 2024

L-INNOVAZZJONI BI RWOLIMPORTANTI GĦALL-FUTUR

Aqra wkoll

Fil-jiem li għaddew, il-Gvern nieda l-proċess li se jiddefinixxi l-viżjoni ta’ pajjiżna
għall-25 sena li ġejjin. Viżjoni li se tkun qiegħda tfassal id-direzzjoni strateġika għal pajjiżna għad-diċennji li ġejjin, b’attenzjoni partikolari fuq il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini kollha.

Dan il-proċess, li għadu kemm ġie approvat mill-Kabinett, tħabbar waqt laqgħa tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD). Nemmnu illi kienet deċiżjoni tajba u f’waqtha illi dan il-pjan ta’ kif irridu nibnu l-futur ta’ pajjiżna jkun
maqsum mal-imsieħba soċjali, b’tali mod li dawn ikunu jistgħu jwasslu l-fehmiet tagħhom dwar setturi varji fis-soċjetà, inkluż dawk emerġenti, li bħala pajjiż irridu nibqgħu nħarsu lejhom u nagħrfu nisfruttaw il-potenzjal tagħhom.

Il-General Workers’ Union innifisha ressqet proposti għall-Budget 2025 li huma msejsa fuq il-prinċipju li kulħadd ikompli miexi ’l quddiem u l-ħaddiem igawdi mis-suċċess tal-pajjiż. Dan biex tinħoloq viżjoni nazzjonali strateġika u pjan nazzjonali li jsarrfu f’xogħol ta’ kwalità u kundizzjonijiet tax-xogħol mill-aqwa.

Għalhekk, nemmnu li l-pjan li nieda l-Gvern qiegħed jimmarka proprju l-bidu ta’ fejn irridu lil pajjiżna fil-25 sena li ġejjin. Din l-inizjattiva ġejja wkoll mill-fatt li pajjiżna għandu jadatta ruħu għall-isfidi u l-opportunitajiet kumplessi tas-Seklu 21.

Sfidi li jinkludu t-tibdil fil-klima, l-avvanz teknoloġiku, ittibdil fid-demografija, iż-żieda filpopolazzjoni u d-dinamika tasswieq globali. Jekk nieħdu pereżempju s-settur tal-innovazzjoni u anke dak l-istart ups, dawn se jkunu parti essenzjali minn din il-viżjoni.

Tant hu hekk, li fl-aħħar snin, il-Gvern ħadem biex pajjiżna jkollu ekosistema
b’saħħitha ta’ start ups u permezz ta’ diversi skemi tal-Malta Enterprise, l-istart ups saru parti importanti fl-istrateġija ekonomika li għandu dan il-pajjiż.
Ta’ min jinnota li mill-2020 ‘l hawn, 66 proġett ġew approvati
taħt l-iskema Startup Finance b’allokazzjoni ta’ €30 miljun, li €8.7 minnhom diġà ngħataw.

Dawn huma proġetti li jkopru firxa wiesgħa ta’ setturi fosthom teknoloġiji
diġitali, fintech, lifesciences u cybersecurity. Setturi li qegħdin ukoll joħolqu aktar impjiegi ta’ kwalità. Dan kollu nemmnu li jista’ jsir għaliex pajjiżna għandu ekonomika li baqgħet robusta minkejja s-sitwazzjoni internazzjonali u l-isfidi
xejn sbieħ ta’ bħalissa.

B’danakollu, il-viżjoni li qed iressaq ’il quddiem il-Gvern titratta fuq kollox il-prosperità, fejn il-ġid jinqasam bejn kulħadd, u fejn il-benesseri, il-ġustizzja u s-sostenibbilità jkunu ċentrali f’kull ħaġa li ssir.

Għalhekk, naqblu ma’ dak li stqarr il-Prim Ministru Robert Abela, li dan huwa l-bidu ta’ proċess kollaborattiv, li se jifforma lil Malta talfutur għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport