Saturday, December 21, 2024

L-Inspire tgħin madwar 1700 persuna b’diżabilità- Il-Ministru Julia Farrugia Portelli

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

“Meta ikollok tfal jew inkella adulti b’diżabiltá u dawn huma l-kobor tal-għaqdiet volontarji f’pajjiżna, illi daħlu f’setturi illi bl-operat tagħhom, qegħdin iħallu impatt dirett fis-soċjetá tagħna. L-Inspire hija waħda minn dawk l-NGOs f’pajiżna. Din l-NGO bħalissa se tkompli b’servizz illi qiegħda tforni għajnunalil 1700 persuna b’diżabilitá”.

Dan qalitu l-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Julia Farrugia Portelli fil-Parlament, fejn irrimarkat li mingħajr ma wieħed joqgħod iidur mal-lewża, pajjiżna wasal f’sitwazzjoni, fejn mhux qed ilaħħaq mad-domandair-rigward ta’ persuni b’diżabilitá.

Dwar l-Ispire, Farrugia Portelli kompliet tispjega li din l-NGO qed toffri servizzi skont il-bżonn tal-pajjiż fil-ħames u l-għaxar snin illi ġejjin. Irrimarkat li l-ġimgħa li għaddiet, ħadet gost ħafna żżur l-Inspire li magħha qasmu ideat dwar proġett ġdid, bil-viżjoni li jiġu ndirizzati s-servizzi li jkunu orjentati lejn 5,000 persuna.

Il-Ministru enfasizzat li l-Gvern iħares lejn l-NGOs bħala sieħeb ewlieni. Għal darb oħra jiena insellem lilkull ħaddiem li jaħdem f’dan is-settur. Dan huwa settur li fih ħafna tbatija imma fih ħafna imħabba wkoll.

Ekonomija

Sport