Saturday, November 23, 2024

AĠĠORNAT: L-interconnector bejn Malta u Sqallija reġa’ beda jopera minn Marzu

Aqra wkoll

Minn MELVIN FARRUGIA

Aġġornat: Kelliem għall-Enemalta ċċara ma’ inewsmalta li l-interconnector ilu jopera minn Marzu. Spjega li fl-aħħar jiem kellu jintefa għal jumejn biex ikun jista’ jindifen fit-trinka biex ikun protett. Għldaqstant, dan ifisser li l-interconnector kien mitfi biss għal dawn il-jumejn.

Aktar kmieni: Mill-bieraħ l-Enemalta reġgħet bdiet tuża l-interconnector bejn Malta u Sqallija, wara li saru xogħlijiet ta’ tiswija fuq is-sezzjoni li saritilha ħsara. 

Dan il-cable jqabbad is-sistema tal-elettriku Maltija ma’ dik tal-Italja. F’Diċembru li għadda kien sarlu ħsara u minħabba f’hekk esperjenza qtugħ ta’ dawl estensiv. Jidher li tnejn mit-tliet kondutturi u l-linji tal-fibreoptic kollha saritilhom ħsara. 

Il-ħsara jidher li saret b’ankra ta’ bastiment u l-ħsara ġiet tiswa mal-€11-il miljun. 

Il-parti li ġiet irranġata ndifnet fi trinka li saret apposta f’qiegħ il-baħar. Il-bastiment speċjalizzat Polar King wettaq dawn it-tiswijiet. 

Sport