Wednesday, December 18, 2024

L-invażjoni ta’ drones/UAPS fi New Jersey iżda mhux biss… paniku u mistoqsijiet

L-FBI qalu li ma jafux is-sors tad-drones ... In-nies irrapportaw li raw oġġetti kbar daqs SUV

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Filwaqt li ninsabu mitlufin bix-xiri tar-riġali u preparamenti għall-festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena, diversi stati Amerikani b’mod speċjali New Jersey u allegatament pajjiżi oħra jinsabu f’paniku kbir hekk kif fis-smewwiet tagħhom qegħdin jesperjenzaw litteralment invażjoni ta’ dak li huwa rrapportat bħala drones jew Unidentified Aerial Phenomenons (UAPs) aktar magħrufa bħala UFOs.

Din is-sitwazzjoni li bdiet f’nofs ix-xahar li għadda, mhiex tingħata biżżejjed l-importanza u l-urġenza li jistħoqqilha la mill-awtoritajiet u lanqas mill-midja tradizzjonali. Fil-fatt kienet il-midja soċjali, b’mod partikolari fuq TikTok, li bdew jiċċirkolaw filmat wara l-ieħor ta’ dawn id-“drones” misterjużi. Kien biss meta mijiet ta’ ritratti u filmati telgħu online li wassal biex jiġi rikonoxxut, irrapportat u anke indirizzat b’mod uffiċjali mill-awtoritajiet Amerikani dan il-fenomenu. 

L-Istati Uniti u l-Federal Bureau of Investigation (FBI) qegħdin jinsistu li dawn id-drones/UAPs mhumiex proprjetà tal-militar Amerikan u lanqas ta’ xi gvern ieħor. Il-problema hija li l-ogħla awtoritajiet, inkluż l-FBI u d-Dipartiment tas-Sigurtà Amerikan, iddikrajaw li “ma jafux x’inhuma”. Fl-istess ħin dawn qalu li “m’hemmx evidenza li huma ta’ theddida għas-sigurtà nazzjonali”. 

Rabja minħabba nuqqas ta’ informazzjoni

Fil-verità, ħafna nies  iħossu li n-nuqqas ta’ informazzjoni fir-rigward hija attribwita l-aktar għax is-suġġett ta’ UAPs għadu stigma meta dan, fir-realtà, m’għandux ikun meta wieħed jikkonsidra l-univers vast. Il-fatt li dawn  id-drones jew UAPs qegħdin jarawhom eluf ta’ nies b’għajnejhom stess bħala stat ta’ fatt u mhumiex jingħataw spjegazzjoni, qiegħed iqajjem aktar paniku u jżid fl-ispekulazzjonijiet.

Wieħed irid isemmi li l-użu ta’ drones, inkluż fl-Istati Uniti, huwa regolat b’mod rigoruż fejn jeħtieġ permess biex wieħed itajru u dan mhux f’żoni restritti fosthom ajruporti u installazzjonijiet militari. Li qiegħed jiġri però li dawn id-drones/UAPs li qegħdin jiżdiedu fin-numru tagħhom, xorta waħda qegħdin itiru fis-smewwiet u minn filmati online, id-daqs u l-forma tagħhom mhiex dik tradizzjonali ta’ drones. Fil-fatt dawn l-oġġetti misterjużi ġew deskritti b’daqs ta’ SUV, karozza kbira. Filmati mxandra online dehru orbi (l-ABC News ġibed u xandar filmat ċar ta’ waħda minnhom), vetturi tal-ajru f’forma ta’ vleġġa, oħrajn ovali li huma tipikament assoċjati mal-aljeni u kien hemm ukoll minnhom ferm aktar sofistikati. 

Mhux fi New Jersey biss

Ħaġa oħra hija li l-hekk deskritti “drones” jidhru ċar daqs il-kristall jimmanivaraw b’veloċità u direzzjonijiet, inkluż taħt il-baħar u fix-xmajjar, li t-teknoloġija tagħna (almenu dik li nafu biha) għadha mijiet ta’ snin lura għaliha. Id-Dipartiment tas-Sigurtà Amerikan qal li f’dawn il-ġimgħat irċieva 5,000 rapport minn persuni li raw dawn l-oġġetti fl-ajru. Dawn dehru b’mod partikolari fl-aktar stat popolat ta’ New Jersey fl-Istati Uniti iżda mhux biss. Id-drones/UAPs dehru wkoll f’Kalifornja, Connecticut, Florida, Massachusetts, New York, Ohio, Pennyslvania, Texas u Virginia. 

Dawn l-oġġetti misterjużi ma kienux limitati biss fuq żoni residenzjali. Anzi, kien hemm minnhom li dehru fuq infrastrutturi kritiċi fosthom riservi tal-ilma, installazzjonijiet tal-elettriku, għases tal-pulizija u bażijiet militari. Dawn ġew interċettati f’postazzjonijiet sensittivi militari kemm fl-Istati Uniti, fosthom fuq Picatinny Arsenal li hija faċilità militari għar-riċerka u faċilità tal-manifattura f’Morris County, kif ukoll allegatament fir-Russja. Filmat imxandar fuq il-midja soċjali allegatament meħud min-NASA, wera eluf ta’ drones itiru fuq il-kontinent Russu.

“Ilhom iżommu għajnejhom fuqna”

Hawn wieħed irid isemmi li skont esperti tal-ufoloġija, forom ta’ ħajja oħra avvanzati ferm aktar minnha (aljeni), ilhom iżommu għajnejhom fuqna minħabba t-theddida ta’ gwerra nukleari fuq il-pjaneta tagħna. Dan għax, skont huma, il-qirda tal-pjaneta tagħna b’bombi atomiċi tista’ taffettwa l-bilanċ tas-sistema solari jekk mhux tal-galassja. Il-possibbiltà ta’ konflitt nukleari, sfortunatament, nammettu jew ma nammettux, hija theddida reali li ilha ttanbar xhur sħaħ minħabba l-Gwerra fl-Ukrajna.

Iżda, lil hin minn din it-teorija, minħabba li dawn l-oġġetti misterjużi fl-ajru qegħdin isejħulhom “drones”, il-verità hija li l-FBI ammettew li ma jafux x’inhuma u ta’ min huma. Kien hemm suspett, minħabba kitba li dehret fuq wieħed mid-drones miġbuda f’filmat, li dawn kienu tal-Iran, teorija li l-Gvern Amerikan qal li mhiex il-każ. 

Fi stqarrija oħra konġunta mad-Dipartment of Home Security (DHS), il-Federal Aviation Administration (FAA) u d-Dipartiment tad-Difiża Amerikan (DAA) ħarġu bl-ispjegazzjoni li hemm ħafna nies li għandhom id-drones u kollha qegħdin itajruhom kif ukoll li “in-nies qegħdin iħawdu l-istilel mad-drones”. Ma’ dawn qalu li jikkonfermaw li hemm użu ta’ drones mill-awtoritajiet u ajruplani. Sadanittant il-Pentagon u l-House Comittee jinsabu f’laqgħa bit-tema ta’ diskussjoni rrapportata li hija “l-UFOs irrapportati jtiru fi New Jersey”.

Laqgħat wara bibien magħluqa … 

Imma n-nies iridu jkunu jafu wkoll

Il-Kungress Amerikan mistenni jiltaqa’ wara bibien magħluqa għal laqgħa dwar l-oriġini misterjużi ta’ dawn id-drones/UAPs. Iżda, għadd ta’ politiċi inkluż il-President ġdid li se jieħu l-ġurament f’Jannar li ġej Donald Trump u l-poplu Amerikan, iridu li l-verità toħroġ fil-miftuħ għal kulħadd. Il-mistoqsijiet dwar dawn id-drones qegħdin jagħmluhom kull min rahom jew sar jaf bihom. 

Id-dritt tal-informazzjoni għandu jingħata għax avolja b’mod uffiċjali l-Amerikani qegħdin jgħidu li l-oġġetti misterjużi mhumiex ta’ theddida, il-fatt li hemm tant minnhom, ma nafux x’inhuma, ta’ min huma u x’inhi r-raġuni li qegħdin hawn, huwa biżżejjed biex iħasseb jekk mhux ibeżża’, li dawk li qegħdin jesperjenzaw din l-invażjoni, invażjoni li fil-verità hija dinjija. Ir-risposta “ma nafux” mhiex biżżejjed.

Kuntatt?

… Risposti ambigwi

Tajjeb nikkwotaw eks uffiċjal tal-CIA li f’messaġġ online qal li, “il-volum kbir ta’ rapporti ta’ nies li raw oġġetti strambi fis-smewwiet huwa rekord. Il-ħin kollu nirċievi vidjows minn madwar id-dinja kollha u dan mhux minn New Jersey biss, mhux biss minn Hertfordshire fir-Renju Unit… Nirċievi mill-Indja, Greenland, ir-Russja, Kazakhstan, iċ-Ċina u l-Ġappun. Ma nistax nemmen kemm hemm nies li qegħdin jaraw oġġetti misterjużi bħalissa. Xi ħaġa qiegħda tippreżenta ruħha lilna fis-smewwiet tagħna. Se nħarsu lura u ngħidu li l-ħarifa tad-drones kien punt li fih seħħet bidla kbira. Il-konsisentenza ta’ rapporti ta’ drones fuq faċilitajiet militari tidher li mhi xejn għalissa imma jien ċert li se tirriżulta f’aħbar kbira. Naħseb li s-sena 2024 fil-futur se titniżżel b’mod ironiku bħala l-maltempata siekta qabel iċ-ċiklun. Kulħadd se jsir jaf il-verità”.

Hawn ħafna qegħdin jistaqsu x’inhuma fil-verità dawn l-oġġetti misterjużi? Drones? UAPs? Taħlita tat-tnejn? Stilel? Se jkollna kuntatt ma’ forma jew forom ta’ ħajja oħra? Il-pressjoni li qiegħda ssir hija kbira imma s’issa l-kliem u l-ispjegazzjonijiet għadhom ambigwi. Dan għax jekk huma verament drones, kif qegħdin jitħallew jittajjru bla permess? Kieku għandhom il-permess, kif qegħdin imorru f’żoni ristretti u kieku huma verament drones, allura l-awtoritajiet jgħidu li ma jafux x’inhuma meta kulħadd jaf li għandhom sistema li tirreġistra d-drones? Il-mistoqsijiet ikomplu… Dan sakemm fl-aħħar ningħataw ir-risposti li jixirqilna.

IN column or circle BREAK:

Id-Dipartment of Home Security (DHS), il-Federal Aviation Administration (FAA) u d-Dipartiment tad-Difiża Amerikan (DAA) ħarġu bl-ispjegazzjoni li hemm ħafna nies li għandhom id-drones u kollha qegħdin itajruhom kif ukoll li n-nies qegħdin iħawdu l-istilel mad-drones. Ma’ dawn qalu li jikkonfermaw li hemm użu ta’ drones mill-awtoritajiet u ajruplani… Sadanittant il-Pentagon u l-House Comittee jinsabu f’laqgħa bit-tema ta’ diskussjoni rrapportata li hija “l-UFOs irrapportati jtiru fi New Jersey”.

X’QALU POLITIĊI FIR-RIGWARD… OR INSERT IN TRUMPS PIC 

“Għidu b’kollox u issa lill-pubbliku. Inkella, sparaw fuqhom u niżluhom minn hemm.” – il-President Amerikan li jmiss, Donald Trump

“Il-verità hija li fl-aħħar mill-aħħar mhumiex jagħtu biżżejjed informazzjoni lill-pubbliku u l-pubbliku huwa mħasseb.” – il-politiku fil-partit demokratiku ta’ New Jersey u membru tal-House Intelligence Committee, Josh Gottheimer

“Qegħdin jigdbu. Dak kollox.” – il-politiku Repubblikan, Erik Peterson

“Għandna nagħmlu analiżi strateġika u nniżżluhom mill-ajru speċjalment jekk qegħdin itiru fuq ajruporti u bażijiet militari… Għandhom jitniżżlu bil-forza jekk hemm bżonn billi nisparaw fuqhom għax qegħdin itiru fuq żoni sensittivi.” – il-politiku Repubblikan, Erik Peterson

IN SEPARATE BOX PLS + PIX PAPA U PORTALS

Il-ħames portali sagri li se jiftaħ il-Papa f’lejlet il-Milied

Hemm min jemmen li ‘se jkeċċi l-anġli l-ħżiena’ li n-nies qegħdin jaraw bħalissa fis-smewwiet…

Fost opinjonijiet, teoriji u spekulazzjonijiet hemm dik li din l-invażjoni ta’ drones/UAPs u l-ftuħ ta’ ħames portali “qaddisa” u “spiritwali“ fil-Vatikan mill-Papa f’lejlet il-Milied huma b’xi mod marbuta ma’ xulxin. Il-Papa Franġisku ħabbar din it-tradizzjoni għal din is-sena, tradizzjoni pprattikata għal snin twal iżda din is-sena mal-ftuħ se jsir ritwal li qatt ma rajna bħalu qabel. 

Kull 25 sena l-Pontefiċe jiftaħ bibien sagri b’ċelebrazzjoni tas-sena tal-ġublew fil-kalendarju Kattoliku. Din it-tradizzjoni tmur lura għal-1300 meta kien ġie deċiż li ssir kull mitt sena imma mbagħad din tnaqqset għal kull 25 sena. L-ewwel darba li dawn il-portali fil-bażiliċi Rumani nfetħu f’din it-tradizzjoni speċjali kien fl-1423 u baqgħu jinfetħu b’mod regolari. Però, din id-darba se jinfetaħ għall-ewwel darba bieb ieħor li kien jintuża bħala ħabs. Dan se jkun il-ħames portal sagru li se jinfetaħ fiċ-ċelebrazzjoni ta’ din is-sena. 

Persuni qegħdin jgħidu li dawn il-portali se jinfetħu biex jipproteġu l-umanità quddiem it-thedida tal-oġġetti misterjużi fl-ajru. Dan għax hemm min jemmen li dawn id-drones/UAPs fil-verità huma “fallen angels”, anġli ħżiena u permezz tal-portals miftuħa mill-Papa fil-lejl qaddis, dawn se jintbagħtu lura minn fejn ġew.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport