Fi tmiem l-2024, il-pożizzjoni tal-istokk tal-Investiment Dirett Barrani f’Malta kienet ta’ €479.7 biljun, filwaqt li l-Investiment Dirett Barra minn Malta laħaq l-€452.8 biljun.
Statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) turi li matul is-sena 2024, l-investiment dirett barrani f’Malta telaʼ bi €32.6 biljun. Il-kontributuri ewlenin kienu l-Attivitajiet finanzjarji u tal-assigurazzjoni, bis-sħab Ewropej jieħdu l-akbar biċċa.
Fi tmiem l-2024, il-pożizzjoni tal-investiment dirett barrani ammontat għal €479.7 biljun, żieda ta’ €22.8 biljun fuq is-sena taʼ qabel. L-Attivitajiet finanzjarji u tal-assigurazzjoni ammontaw għal 98.2 fil-mija tal-istokk tal-Investiment Dirett Barrani.
L-Investiment Dirett Barra minn Malta
Matul l-2024, l-investiment dirett barra mill-pajjiż laħaq bʼkollox €23.1 biljun, l-aktar minħabba ishma u fondi ta’ investiment/unitajiet.
Il-pożizzjoni tal-istokk tal-investiment dirett barra mill-pajjiż kienet ta’ €452.8 biljun fʼDiċembru 2024, żieda taʼ €17.3-il biljun fuq il-qagħda tal-2023.
L-Attivitajiet finanzjarji u tal-assigurazzjoni kellhom sehem ta’ 99.4 fil-mija tal-investiment dirett barra mill-pajjiż, bʼħafna minnu jmur għand pajjiżi tal-UE.