Wednesday, December 25, 2024

L-Iran bi twissija serja lil Iżrael

Aqra wkoll

Il-President tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran Ebrahim Raisi qal li l-forzi armati lesti li jattakkaw il-qalba ta’ Iżrael jekk dan tal-aħħar jagħmel “l-iċken mossa” kontra r-Repubblika Iżlamika. Raisi qal dan waqt parata militari li saret ilbieraħ u dan fl-isfond tad-diskussjonijiet nukleari mal-qawwiet dinjin dwar il-patt nukkleari tal-2015, liema diskussjonijiet jinsabu staġnati.

Il-kummenti tal-President Iranjan saru wara li Iżrael – li hu l-uniku pajjiż li għandu armamenti nukleari fil-Lvant Nofsani – qal li hu mhu se jkun marbut bl-ebda ftehim nukleari mal-Iran u eventwalment lest li jieħu azzjoni unilaterali kontra s-siti nukleari tal-Iran. Fid-dawl ta’ dan Raisi saħaq li, “ir-reġim Żionista għandu jkun jaf li… jekk intom tagħmlu l-iċken mossa fil-konfront tan-nazzjon tagħna, il-forzi armati tagħna jattakkaw il-qalba tar-reġim Żionista.”    

L-Istati Uniti u l-Iran ilhom għal iktar minn sena għaddejjin b’diskussjonijiet indiretti bil-għan li jsalvaw il-ftehim nukleari tal-2015. Li ġara kien li fl-2018 taħt l-amministrazzjoni tal-President Donald Trump l-Istati Uniti kienet ħarġet minn dan il-ftehim u kienet reġgħet imponiet sanzjonijiet qawwija fuq Tehran. Min-naħa l-oħra l-Iran irreaġixxa billi beda jikser il-kundizzjonijiet imposti bl-isemmi programm nukleari. Taħt il-ftehim tal-2015, l-Iran kien qabel li jillimita l-isforzi nukleari tiegħu u l-komunità internazzjonali tnaqqas is-sanzjoni­jiet ekonomiċi.

Ekonomija

Sport