Saturday, December 28, 2024

L-Iran ifittex l-assigurazzjoni tar-Russja dwar il-ftehim nukleari mal-qawwiet dinjin

Aqra wkoll

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Iranjan Hossein Amirabdollahian wasal fil-kapitali Russa u esprima t-tama li ż-żjara tiegħu twassal biex ir-Russja turi l-appoġġ tagħha għall-ftehim nukleari li wassal fil-fażi­jiet finali tiegħu. Skontu dan il-ftehim huwa “tajjeb, stabbli u b’saħħtu”.

Amirabdollahian qal li s’issa r-Russja appoġġjat id-diskussjonijiet ta’ Vienna biex il-ftehim nukleari tal-2015 bejn l-Iran u l-qawwiet dinjin jerġa’ jingħata l-ħajja. Iżda d-diskuss­jonijiet spiċċaw f’riskju li jikkollassaw fl-aħħar ftit wara li r-Russja għamlet talbiet lill-qawwiet dinjin biex jagħmlu pawsa fin-negozjati għal żmien mhux definit, u dan minkejja li l-ftehim tista’ tgħid li huwa diġà fformulat. 

Min-naħa tiegħu, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Russu Sergei Lavrov meta kien qiegħed jitkellem ma’ Amirabdollahian qal li l-ftehim nukleari issa wasal biex jiġi maqbul. 

Ekonomija

Sport