Saturday, February 28, 2026

L-Iran jgħid li mal-40 persuna nqatlu wara attakk fuq skola tal-bniet

Aqra wkoll

Uffiċjal lokali qal lill-aġenzija tal-aħbarijiet statali IRNA li mal-40 persuna nqatlu f’attakk Iżraeljan fuq skola primarja tal-bniet fil-kontea ta’ Minab fin-nofsinhar tal-Iran fil-provinċja ta’ Hormozgan.

Il-Gvernatur Mohammad Radmehr qal li minbarra li kien hemm dawk li tilfu ħajjtihom, hemm madwar 48 persuna oħra li ndarbu waqt l-istess attakk.

Separatament, hemm qtugħ tad-dawl “kważi totali” tal-internet fl-Iran, kif ukoll li kien hemm attakk ċibernetiku preċedenti.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport