Tuesday, March 10, 2026

L-Iran jhedded li “jelimina” lil Trump

Aqra wkoll

B’theddida diretta lejn il-President tal-Istati Uniti Donald Trump, l-Iran wissa’ li lest “jeliminah”.

Kien is-Segretarju tal-Kunsill tas-Sigurtà Nazzjonali Suprem Iranjan, Ali Ardashir Larijani li waqt li kien qiegħed jitkellem mal-midja għamel din it-theddida fuq l-aktar persuna protetta fid-dinja.

Hu qal dan wara li Trump wissa lil Iran li jekk l-Iran jagħlaq l-Strait ta’ Hormuz kien se jattakka l-pajjiż ‘b’20 darba aktar minn kif qiegħed jiġi attakkat bħalissa’.

Ali Ardashir Larijani qal li n-Nazzjon Iranjan mhux jibża’ mit-theddid ta’ Trump. “Anke persuni aktar b’saħħithom qatt ma jistgħu jeliminaw lir-reġin Iranjan… Attent li ma tiġix eliminat int,” qal Larijani.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport