Saturday, November 23, 2024

L-Iran jiddeskrivi lil Iżrael bħala “tumur li jrid jinqered”

Aqra wkoll

Il-mexxej Suprem Iranjan Ayatollah Ali Khamenei talab lill-poplu Palestinjan biex ikomplu bil-ġlieda tagħhom kontra Iżrael. Huwa saħansitra ssuġġerixxa li l-Gvern Iżraelit huwa “tumur” li għandu jiġi kkonfrontat sakemm il-Palestinjani jinħelsu.

“Il-ġlied mill-poplu Palestinjan għandu jkompli għaddej … il-ġlied biex il-Palestina tinħeles hija obbliguu jihad Iżlamika. Ir-reġim Zionista (Iżrael) huwa tumur fir-reġjun,” żied jgħid Khamenei.

“Illum id-dinja qed tgħodd il-vittmi tal-cotonavirus wieħed b’wieħed, madankollu ħadd qatt ma staqsa dwar min huwa responsabbli għall-mijiet ta’ eluf ta’ Palestinjani li nqatlu, li għebu jew li spiċċaw il-ħabs,” huwa żied jgħid. “Il-virus taz-Zionisti se jinqered.”

Sport