Sunday, December 22, 2024

L-Irlanda bl-iżgħar Prim Ministru fl-istorja fl-età ta’ 37 sena

Aqra wkoll

Simon Harris, sa ftit ilu kien jokkupa l-kariga ta’Ministru responsabbli mill-Edukazzjoni fl-Irlanda, ġie elett bħala Prim Ministru ta’ pajjiżu. Dan wara vot fil-parlament ta’ Dublin bi 88 vot kontra 69.

Harris se jkun qiegħed imexxi l-Gvern ta’ koalizzjoni magħmul minn tlett partiti, hekk kif, matul ix-xahar li għadda, irriżenja l-eks Prim Ministru Leo Varadkar.

Fl-istess perjodu, Harris kien l-uniku kandidat li seta’ jilħaq minflok Varadkar bħala l-Kap tal-Partit Fine Gael taċ-ċentru-lemin.Midja internazzjonali irrapurtat li hu se jkun qed jiffaċċja numru ta’ sfidi li bħalissa fl-Irlanda. Dawn jinkludu problemi relatati mas-servizzi tas-saħħa u l-prezzijiet tal-housing li sparaw ‘il fuq fil-pajjiż b’mod kważi insostenibbli.

Sadanittant, Simon Harris qed jippjana biex il-Gvern ta’ koalizzjoni – li minbarra l-partit tiegħu jinkludi anki lill-Partit Fianna Fail u l-Partit tal-Ħodor – jibqa’ effettiv sa Marzu tal-2025 meta suppost issir l-elezzjoni ġenerali li jmiss fl-Irlanda. Madankollu, il-partiti Irlandiżi fl-Oppożizzjoni huma tal-fehma li l-poplu jixraqlu l-opportunità biex jivvota mill-ġdid f’elezzjoni bikrija.

Ekonomija

Sport