Sunday, December 22, 2024

L-irvellijiet tas-sena l-ġdida fil-Ġermanja jqanqlu sejħiet għal projbizzjoni tal-logħob tan-nar

Aqra wkoll

Lejl ta’ rewwixti fis-sena l-ġdida u attakki fuq is-servizzi ta’ emerġenza f’Berlin u bliet oħra xxukkjaw lill-Ġermaniżi u qanqlu sejħiet għal projbizzjoni fuq il-logħob tan-nar u faqqaturi (firecrackers). 41 uffiċjal tal-pulizija weġġgħu fil-kapitali filwaqt li kien hemm għexieren ta’ attakki fuq il-pumpiera.

Is-Sindku ta’ Berlin, Franziska Giffey, sejħet għal summit taż-żgħażagħ filwaqt li kkundannat il-vjolenza li sejħitilha bħala “assolutament inaċċettabbli.” Is-Sindku insistiet li l-kwistjoni kellha x’taqsam iktar mal-ambjent soċjali li fih trabbew iż-żgħażagħ ta’ Berlin.

Kien hemm ukoll rapporti li ġew sparati faqqaturi u xogħol pirotekniku ieħor fid-direzzjoni ta’ vetturi tal-emerġenza fi bliet oħra fosthom f’Hamburg, Bonn, Dortmund u Essen.

Il-Pulizija qalet li fost il-145 persuna li ġew arrestati waqt l-irvellijiet f’Berlin, 45 kienu Ġermaniżi filwaqt li 27 kienu ta’ nazzjonalità Afgana u 21 kienu Sirjani.

Ekonomija

Sport