Propju ftit tal-ħin ilu, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza, Byron Camilleri ħabbar it-twelid ta’ bintu Pippa: “L-isbaħ ġurnata ta’ ħajjitna. Sirna omm u missier. Pippa twieldet illum”.
Kien f’Jum il-Missier li għadda meta l-Ministru Camilleri qasam l-aħbar pubblikament li hu u martu Salomé kienu se jsiru ġenituri fi ftit ġimgħat.
Huwa temm il-messaġġ tiegħu billi rringrazzja lill-ħaddiema tal-Isptar Mater Dei għax-xogħol kollu li jagħmlu b’tant dedikazzjoni.
Dan is-sit iwassal l-awguri mill-qalb lill-koppja f’jum il-miġja tat-tarbija tagħhom.