Sunday, December 22, 2024

L-ISFIDA TA’ L-ALJENAZZJONI POLITIKA

Aqra wkoll

“Bridt”. “Jagħmlu huma”. “Mhux għalihojaħdmu”. “Lili injorawni. “Jiġu jfittxuni biss
għall-vot lejliet l-elezzjoni”. “Iż-żgħir dejjem jibqa’ jaqlagħha”. “M’għadnix nagħti kas.” “Ma ssib ħajt ta’ kenn imkien.” “Customer Care ineżistenti”. “Jafuk biss qabel l-elezzjoni, issa nagħmel fattija”. “Tlift il-fiduċja”. “L-ekonomija qiegħda tikber u stkompli tilber imma l-ħajja tiegħi u ta’ familti qiegħda titjieb? Jien dan nistaqsi lili nnifsi”

“Fil-każ tiegħi naħseb bħali ħafna oħrajn, mhux inħoss li l-kwalità tal-ħajja qiegħda titjieb. Naħseb ir-riżultat ta’ l-elezzjoni juri biċ-ċar.” “Ġid inħoloq u llum ngħid li għandna ħafna ġid, imma ma ppjanajniex. Issa dak il-ġid li nħoloq, qed noħloqilna l-inkonvenjenzi. Il-poplu ibda jitles il-fiduċja fil-politiċi għax isemmgħa leħnu u ħadd ma jisimgħu.”

Dawn kienu kummenti li tawna in-nies tat-triq dwar il-fiduċja fil-politika u fil-politiċi. Kummenti li juruk li s-soċjetà tagħna u dan illum jinħass aktar minn qatt qabel, qiegħda tbati mill-aljenazzjoni politika.

Dan il-fenomenu mhux qed jolqot biss is-socjetà Maltija. Qiegħed jolqot soċjetajiet f’pajjiżi oħra ukoll fosthom fl-Ewropa. L-aħħar riżulat elettorali f’pajjiżna u anke f’għadd ta’ pajjiżi oħra fl-Ewropa, kixef beraħ il-fatt li ċ-ċittadini ta’ għadd ta’ pajjiżi qegħdin ibatu minn aljenazzjoni politika.

L-aljenazzjoni politika tirreferi għan-nuqqas ta’ identifikazzjoni mas-sistema politika. Dawk b’aljenazzjoni politika ikollhom sentimenti ta’ sfiduċja, nuqqas ta’ sodisfazzjon, u diżimpenn mill-istituzzjonijiet u l-proċessi politiċi.

Persuni aljenati politikament jistgħu juru sentiment kontra l-istituzzjonijiet nuqqas ta’ fiduċja fil-politiċi, u jkollhom il-perċezzjoni tas-sistema politika bħala li ma tirrispondix għall-ilmenti u l-bżonnijiet tagħhom.

L-aljenazzjoni politika tista’ jwassal għal reazzjonijiet varji, inkluż appoġġ għal kawżi kontra l-istituzzjonijiet, votazzjoni ta’ protesta u anke protesta vjolenti kontra s-sistema politika.

Bl-aljenazzjoni politika ċ-ċittadini jinħakmu minn apatija, ma jibqgħux jafdaw, iħossuhom bla saħħa u bla ħeġġa biex jipparteċipaw u jkunu parti mis-sistema politika fil-pajjiż. Dan il-fenomenu jinħass sew f’pajiżna. Rajna ukoll ir-riżultat tiegħu fl-aħħar elezzjoni li seħħet f’pajjiżna.

Donnu hawn biża’ biex in-nies jitkellmu fl-apert dwar riformi u tibdiliet li għandhom isiru fil-partiti u fil-gvern u dan minkejja d-dikjarazzjonijiet bil-libertà tal-kelma u l-espressjoni. Sa issa iċ-ċittadini mhux iħossuhom komdi jitkellmu fuq tibdil li jridu jaraw.

Qegħdin jitkellmu fuq dak li jdejjaqhom madwarhom, iżda għal xi raġuni mhux jippuntaw swaba lejn il-politiċi huma ta’ liema naħa huma. Sa issa din l-aljenazzjoni politika mhu qed tkun indirizzata bl-ebda mod. Ovvjament wieħed irid
jara dan fejn se jwassal.

X’se jkunu l-effetti ta’ dan il-fenomenu fis-snin li ġejjin b’mod partikolari fejn
jidħlu iż-żgħażagħ, li din hi kategorija fost l-aktar li qiegħda tbati mill-aljenazzjoni politika. Dan minkejja li tistenna li minn fost iż-żgħażagħ li telgħin joħorġu
ideat u iniżjattivi ta’ kif il-pajjiż għandhom jkomplu jimxi ‘lquddiem.

Nemmnu li l-aljenazzjoni politika titratta biss u tibda tnaqqas jekk issaħħaħ it-trasparenza. Iddaħħal l-inklussività u ssaħħaħ il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini. Dan il-fenomenu jiġi trattat billi l-klassi politika taħdem biex terġa’ ddaħħal il-fiduċja.

Prattikament terġa’ twassal permezz ta’ riformi u inizjattivi biex iċ-ċittadini iħossu li l-politiċi eletti verament qegħdin hemm biex jirrappreżentaw l-intressi tagħhom.

Ekonomija

Sport