Tuesday, December 24, 2024

L-ISIS tappella għal attakki fuq il-Punent u l-Arabja Sawdija

Aqra wkoll

F’messaġġ rari l-Istat Iżlamiku sejjaħ lis-sostenituri tal-grupp militanti biex iwettqu attakki fuq il-Punent u kif ukoll fuq il-pajpijiet taż-żejt u l-infrastruttura ekonomija tal-Arabja Sawdija.

Il-grupp tul is-snin għamel diversi sejħiet għal attakki fil-konfront tar-renju tal-Arabja Sawdita, u matul l-aħħar snin is-servizzi sigrieti rnexxielhom iwaqqfu bosta attakki milli jitwettqu.

“Ibdew billi tattakkaw u teqirdu l-pajpijiet tal-gass, il-fabbriki u l-faċilitjiet li huma sors ta’ dħul,” qal il-kelliemi għall-ISIS, Abu Hamza Al Muhajir f’diskors irrekordjat fuq iċ-channel uffiqjali tal-grupp militanti fuq Telegram.

Jidher li l-appell għall-attakki fil-konfront tal-Arabja Sawdija kienu motivati mill-appoġġ li din tal-aħħar tat lill-Bahrain u lill-emirati Għarab Magħqudin biex jistabbilixxu relazzjonijiet diplomatiċi ma’ Iżrael.

Al Muhajir appella wkoll għal attakki fuq il-Punent.

L-ISIS kien jikkontrolla żoni kbar fl-Iraq u s-Sirja. Madankollu l-offensivi tal-koalizzjoni internazzjonali mmexxija mil-Istati Uniti fl-Iraq u s-Sirja wasslet biex lill-ISIS biex titlef il-kontroll kważi kollu tal-art apparti għal żoni remoti fil-fruntiera bejn l-Iraq u s-Sirja.

L-armati ta’ militanti wkoll naqsu bil-kbir, biex illum jgħoddu mal-ftit eluf.

Ekonomija

Sport