Monday, December 23, 2024

L-iskema finanzjarja għax-xiri ta’ vetturi plug-in hybrid hija disponibbli sal-31 ta’ Mejju li ġej

Aqra wkoll

Transport Malta qiegħda tħabbar li l-inċentiv finanzjarju għax-xiri ta’ vetturi Plug-in Hybrid ġodda jew użati ttieħed kompletament. Għal din ir-raġuni, din l-iskema se tkun disponibbli biss għall-karozzi li jiġu ordnati sal-31 ta’ Mejju 2022.

Din l-għotja ta’ €11,000 ser tingħata lil dawk il-vetturi Plug-in Hybrid li jiġu ordnati sal-31 ta’ Mejju 2022, anke jekk għal kwalunkwe raġuni l-vettura tiġi reġistrata aktar tard din is-sena jew fl-2023.

Individwi li jixtru vettura jistgħu jibbenefikaw minn firxa ta’ inċentivi oħra fosthom l-għotja ta’ €11,000 għal vetturi li jaħdmu biss bl-elettriku, li hija l-aktar ġeneruża fl-UE u li hija kruċjali għad-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport fuq l-art f’Malta. Din l-għotja tiżdied għal €12,000 jekk vettura qadima tiġi skrappjata.

Ekonomija

Sport