Tuesday, February 10, 2026

L-iskema Irrinova Darek 2025 għar-Reġjun Tramuntana … Sottomessi 2,191 applikazzjoni… 1,873 kienu eleġibbli

Aqra wkoll

Għall-iskema Irrinova Darek 2025, miftuħa għar-Reġjun Tramuntana, ġew sottomessi 2,191 applikazzjoni b’kollox, li minnhom 1,873 kienu eliġibbli biex jgħaddu għat-tieni fażi tal-iskema, u ċioe’ sabiex jagħtu rendikont dettaljat tax-xogħlijiet li ser jagħmlu. 

Mit-318-il applikazzjoni li ma ġewx approvati, 291 minnhom għadhom ma sottomettewx id-dokumentazzjoni neċċessarja, u għalhekk l-applikazzjoni tagħhom għadha pendenti. 27 applikazzjoni ġew rifjutati kompletament għaliex il-proprjetà inkwistjoni ma tiffurmax parti mir-Reġjun Tramuntana.

Dan it-tagħrif ingħatat mill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni Jonathan Attard fi tweġiba għal mistoqsija parlamentari li saritlu mid-Deputat Nazzjonalista Ivan Castillo.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport