Saturday, May 4, 2024

“L-iskema Stabbiltà tat skoss lill-mentalità ta dawk li jaħsbu li aħjar nibqgħu kif aħna”

- Il-PM Robert Abela dwar ta’ sentejn ta’ ħidma mill-Gvern

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

“L-iskema Stabbiltà kienet importanti għaliex biha ġiet skussata l-mentalità ta’ dawk li jaħsbu li aħjar nibqgħu kif aħna. Skussajna wkoll il-mentalita’ li huwa faċilita’ li nagħmlu dak li tradizzjonalment dejjem sar. Smajna il-karba tal-poplu li kien qed jitkellem b’mod ċar u aprezzaw il-ħaddiema tal-Gvern li żamm l-inflazzjoni baxxa fis-settur tal-enerġija fost l-oħrajn”

Dan stqarru l-Prim Ministru Robert Abela, meta mistoqsi minn dan is-sit li kien preżenti dalgħodu, waqt li l-PM kien qed jindirizza konferenza f’għeluq is-sentejn ta’ Gvern Laburista mmmexxi minnu. Il-PM kompla jgħidilna li kull espert kien qal sabiex ħħadd m jmiss mas-suq miftuħ u mas-suq liberu il-għaliex b’hekk jinħoloq kriżi. Dan ma ġiex emmnut mill-PM innifsu. Żied jgħid li minn dakinhar illi ħolom b’din l-inizjattva, tkellem dwarha, u qasam il-ħsieb tiegħu mal-Ministru tal-Ekonomija Silvio Schembi, fost oħrajn u fehem l-isfidi x’jinkludu. 

Sostna li fehem  il-limitazzjonijiet ta’ din il-liġi x’kienu pero’ dejjem kien jemmen lii jirnexxielhom jaslu. Il-PM qal ukoll; “Jew inħallu l-limitazzjonijiet legali jillimitawna huma jew inħallu r-rieda b’saħħitha u għan-nies sabiex tmexxina hi. L-għażla kienet ċara għalija, dik li nimxu fuq in-naħa tan-nies”.

Kompla jispjega li fir-rigward tal-iskema Stabbiltà , ħadd ma ġie sfurzat li jrid jagħmel xi ħaġa ta’ bilfors, tant li l-Gvern immexxi minnu ġab lilll-kulħadd madwar il-mejda. Abela qal li lill-importaturi spjegawlhom kif Gvern fl-eqqel ta’ pandemija, għamel perjodu ta’ sentejn u nofs jgħin lil kulħadd sabiex ikunu jistgħu jżommu n-negozji kollha fuq saqajhom. 

Il-Gvern bis-saħħa ta’ din l-inizjattivi b’saħħithom li ta waqt il-pandemija, żamm lil kulħadd għaddejj. Dwar din l-iskema, il-PM enfasizza li iissa huwa l-mument li kull wieħed u waħda minnha jagħmel il-parti tiegħu sabiex jieħu ħseib lill-poplu u li kien għalhekk li jirnexxielu jasal għal patt storiku, dak li kulħadd fehem x’kienet il-parti tiegħu u li kulħadd fehem li n-nies iridu jingħataw l-għajnuna kollha meħtieġa.

Ma’ dan is-sit, huwa temm jgħid; “Sodisfatt illi dak li morna għalih, kienet inizjattiva illi ħadmet iġifieri lil hinn mill-inizjattiva innfisiha jien għalija huwa il-prinċipju warajha, il-prinċipju illi l-Gvern irid ikun sesittiv għar-realtajiet tan-nies. Mhux li tkun indiffeenti għar-realta’ tan-nies, mhux li tgħid li ma nista’ nagħmel xejn dwar ir-realtajiet tan-nies għax iva il-Gvern itik l-awtorita’ u s-saħħa. L-iskema stabbilta nemmen li tiġbor ġo fiha l-elementi kollha illi għadna kif tħaddidt dwarhom”

Fl-istess konferenza, il-Prim Ministru Robert Abela beda d-diskors tiegħu billi qal li minkejja l-isfidi internazzjonali ,pajjiżna baqa’ sod biżżejjed, tant li Gvern Laburista mmexximinnu baqa’ jipprovdi stabbiltà. Irrimarka kif fuq quddiem nett semma l-istabbiltà fil-qasam tal-enerġija, u fil-prezzijiet ta’ mijiet ta’ prodotti essenzjali tal-ikel, li kollha qed iħallu aktar flus fil-bwiet tal-familji Maltin u Għawdxin.

Abela nnota kif l-istabbiltà u s-serħan il-moħħ iġibu l-fiduċja, li eventwalment twassal għal tkabbir ekonomiku fil-pajjiż. Kien hawn fejn irrefera li pajjiżna mhux bissa kellu fost l-ikbar tkabbir ekonomiku fl-Unjoni Ewropea, iżda anke il-fatt li għall-ewwel darba fl-istorja, il-ġid nazzjonali ras għal ras qabeż il-medja taż-Żona Ewro.

Lil hinn miż-żewġ miżuri kbar ta’ stabbiltà, il-Prim Ministru elenka ħemel ta’ inċentivi oħra li għenu lill-poplu, fosthom l-akbar żieda fiċ-children’s allowance, fil-pensjonijiet, u għajnuniet lill-first time buyers. Fid-diskors tiegħu waqt il-konferenza, l-Prim Ministru rrimarka wkoll kif qed issir ħidma sabiex pajjiżna ikollu iktar spazji pubbliċi u dawk ħodor li jkunu jistgħu jitgawdex mill-pubbliku. 

Il-Prim Ministru tenna sa issa l-Gvern Laburista mmexxi minnu wettaq dak li l-poplu dejjem xtaq. Kompla jirrimarka li flimkien mal-Minstri u l-entitajiet kollha kkonċernati ġo pajjiżna, se jkompli jaħdem sabiex flimkien jirnexxielhom iwettqu il-proposti kollha tal-Manisfest elettorali ‘Malta Flimkien’

Sport