Saturday, October 26, 2024

L-Iskola Mater Boni Consilii St Joseph f’Raħal Ġdid tilqa’ l-awtur ta’ Karamellu tar-Raħal t’Isfel

Aqra wkoll

Nhar it-Tnejn, 4 ta’ April, l-awtur tal-ktieb ‘Karamellu tar-Raħal t’Isfel’, is-Sur Charles Buttigieg, kien mistieden iżur l-Iskola Mater Boni Consilii St Joseph f’Raħal Ġdid, bħala parti minn ‘Attività ta’ Jum il-Ktieb tat-Tfal’, organizzata mill-istess skola.

Waqt dan l-avveniment, ġew organizzati diversi attivitajiet mill-għalliema matul il-ġurnata, bħal sessjonijiet ‘Show and Tell’, disinn ta’ bookmark jew il-qoxra ta’ ktieb, kif ukoll kitba ta’ stejjer u attivitajiet ta’ tpinġija għall-klassijiet iżgħar. Biex tikkumplimenta dawn l-attivitajiet, il-klassi tat-tielet grad kellha attività ‘Meet the Author’.

Is-Sur Buttigieg tkellem mal-istudenti dwar l-importanza tal-qari, l-għożża tal-ilsien Malti, kif ukoll dwar il-kotba tiegħu, b’mod partikolari ‘Karamellu tar-Raħal t’Isfel’. 

Is-Sur Buttigieg spjega lit-tfal  kif l-istejjer ta’ Karamellu huma maħsuba b’mod speċjali għall-ġenerazzjonijiet il-ġodda, jiġifieri għal tfal bħalhom, biex jgħinuhom jitgħallmu aktar dwar it-tfal, il-kultura u d-drawwiet tal-imgħoddi f’raħal Malti. Karamellu jirrappreżenta tifel imwieled u mrobbi f’familja tal-ħaddiema, li għexet fil-bidu tar-Raħal t’Isfel taż-Żejtun, fejn il-praspar fost it-tfal u l-kbar ma kinux neqsin.

Matul din l-okkażjoni, il-Kap tal-Iskola, Dr Kenneth Vella ġie ppreżentat b’kopja tal-ewwel ktieb ta’ ‘Karamellu tar-Raħal t’Isfel’ iffirmata mill-awtur, kif ukoll numru ta’ kotba li ngħataw lill-librerija tal-iskola

Sport