Din il-ġimgħa l-kantant rebbieħ tal-X Factor Malta ta’ din is-sena, Ryan Hili, sab sorpriża sabiħa tistennih fuq il-post tax-xogħol tiegħu.
Dan hekk kif l-Iskola Sekondara Sant’Injazju limiti tal-Ħandaq Ħal Qormi ħasbet li torganizza attività fejn fiha, flimkien mal-kollegi tiegħu l-għalliema u l-istudenti, serviet bħala opportunità biex jiċċelebraw l-aħħar suċċessi tiegħu.

Minħabba l-fatt li f’dawn l-aħħar ġranet kien hemm l-eżamiijet, din l-attività ma setgħetx issir qabel biss xorta waħda kien mument sabiħ u mimli emozzjoni.
Min-naħa tiegħu, Ryan għal darb’oħra saħħar lil dawk preżenti bil-vuċi b’saħħitha tiegħu. Mhux hekk biss talli kompla jwassal messaġġ importanti grazzi għas-sempliċità u d-determinazzjoni tiegħu, dak li fil-ħajja m’għandek taqta’ qalbek qatt minkejja l-isfidi li taf toffri l-ħajja.
