Monday, December 23, 2024

L-iskrivani kollha tal-G4S li jaħdmu fl-Isptar Mater Dei se jibdew jingħataw kumpens għall-użu tat-trasport pubbliku jew tal-parking

Aqra wkoll

It-Taqsima Professjonisti Finanzi u Servizzi fi ħdan il-General Workers Union b’sodisfazzjon ħabbret li wara taħditiet twal u diffiċli mmexxija mis-Segretarju tat-Taqsima Riccarda Darmanin mal-kumpanija G4S, waslet fi ftehim li mill-1 ta’ Lulju 2020, l-iskrivani kollha tal-G4S li jaħdmu fl-isptar Mater Dei se jibdew jingħataw kumpens għall-użu tat-trasport pubbliku jew tal-parking.

Dan wara li wħud minn dawn l-iskrivani kienu qed jiġu ddiskriminati peress li dan il-kumpens ma kienx jingħata lil kulħadd. Il-Union ħadet l-opportunità biex tirringrazzja lill-Management tal-G4S għall-koperazzjoni waqt id-diskussjonijiet u l-membri tagħha għall-fiduċja li huma jagħtu lill-union. Fl-istess waqt, awgurat li l-ħaddiema jkomplu jagħtuha l-appoġġ ħalli jitkompla it-titjib fil-kundizzjonijiet tax-xoghol tagħom.

Ekonomija

Sport