L-iskwadra tal-pre-season ta’ Manchester United hija mistennija li tinkludi lil Alejandro Garnacho u Facundo Pellistri, biż-żewġ players qed ifittxu li jassiguraw post fl-iskwadra tal-ewwel team għall-istaġun 2022-23.
Garnacho rrapporta għat-taħriġ tal-pre-season aktar kmieni milli mistenni, bil-player ta’ 18-il sena kien lura f’Carrington fis-27 ta’ Ġunju, u huwa maħsub li ħalla impressjoni qawwija fuq il-manager il-ġdid, Erik ten Hag.
L-attakkant ma kienx mistenni lura sa Lulju minħabba l-involviment tiegħu mat-team nazzjonali tal-Arġentina ta’ taħt l-20 sena fit-Tournament li sar f’Toulon f’Ġunju, bl-aħħar dehra kompetittiva tiegħu tasal fl-10 ta’ Ġunju li għadda.