Friday, December 13, 2024

L-ismijiet bħala mod ta’ espressjoni; soċjetajiet iżjed liberali u individwali

Aqra wkoll

Il-ġurnalista u għalliema Aysha Imtiaz minn dejjem kienet taffaxxina ruħha b’ismijiet mhux daqstant komuni. Infatti, lit-tifla tagħha semmietha Sidrat-ul-Muntaha. F’wieħed mill-artikli tagħha tibda billi tgħid li meta żaret il-Pakistan għall-ewwel darba f’ħajjitha, dan il-pajjiż qered kull ħsieb prezzjuż li hi qatt kellha dwar kemm għandha isem rari, għax f’dak il-pajjiż kienet in-norma li jintgħażlu dawn it-tip ta’ ismijiet.

Aysha ssostni li l-għoti tal-ismijiet huwa proċess emozzjonali ħafna għaliex il-ġenituri jitħassbu qatigħ dwar ir-riperkussjonijiet li isem partikolari jista’ jkollu fuq l-ulied, u għalhekk kull ġenitur iħossu fid-dmir li jagħmel l-almu tiegħu kollu sabiex jagħżel isem li jiggarantixxi suċċess.

Fil-passat, it-tfal kienu jiġu mogħtija ismijiet tradizzjonali. Laura Wattenberg targumenta li l-kawża li wasslet għal din il-qalba hija minħabba l-fatt li r-rabtiet kulturali ddgħajfu maż-żmien u l-popolazzjonijiet m’għadhomx statiċi daqskemm kienu fl-antik. 

Laura temmen li “l-ismijiet saru iżjed mod kif wieħed jesprimi lilu nnifsu; is-soċjetajiet imxew iżjed lejn il-libertà u l-individwalità”. Infatti, Aysha għandha l-istess opinjoni għaliex targumenta li skont riċerka riċenti, irriżulta li l-ġenituri għandhom preferenza għal ismijiet rari minħabba li dan jirrifletti t-tluq mill-kollettiviżmu b’mixja aktar li xxaqleb lejn soċjetajiet individwalisti. 

Ekonomija

Sport