Monday, April 13, 2026

L-Ispeaker Anġlu Farrugia f’Istanbul għall-152 Assemblea tal-IPU

Aqra wkoll

L-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Anġlu Farrugia ħalla Malta għal Istanbul, it-Turkija, fejn se jkun qed imexxi delegazzjoni palamentari għall-152 Assemblea tal-Unjoni Inter-Parlamentari (IPU) u laqgħat oħra relatati. L-Assemblea qed tiġi ospitata mill-Grand National Assembly tat-Turkija. 

Il-152 Assemblea tal-IPU se tlaqqa’ flimkien delegazzjonijiet parlamentari minn madwar id-dinja għal diskussjonijiet ta’ livell għoli bit-tema “Inrawmu t-tama, niżguraw il-paċi u niżguraw il-ġustizzja għall-ġenerazzjonijiet futuri.” Fil-marġini tal-Assemblea, id-delegazzjoni parlamentari Maltija se tattendi wkoll laqgħat ta’ Twelve Plus Group.

Waqt l-Assemblea, l-Ispeaker Farrugia se jippresjedi wkoll laqgħat tal-Kumitat tal-IPU għall-Promozzjoni tar-Rispett għal-Liġi Umanitarja Internazzjonali, li tiegħu huwa President, u se jipparteċipa wkoll f’laqgħat tat-Task Force tal-IPU dwar ir-riżoluzzjoni paċifika tal-gwerra fl-Ukrajna.

Permezz tal-parteċipazzjoni tagħha, il-Kamra tad-Deputati ta’ Malta se tkompli tikkontribwixxi b’mod attiv għad-diplomazija parlamentari u għall-isforzi internazzjonali mmirati lejn il-promozzjoni tad-djalogu, il-paċi, il-ġustizzja u l-effettività tal-kooperazzjoni multilaterali.

Id-delegazzjoni mmexxija mill-Ispeaker hija magħmula minn Edward Zammit Lewis, President tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u Ewropej, u Robert Cutajar, il-Whip tal-Oppożizzjoni. Id-delegazzjoni hija akkumpanjata mis-Sur Ian Bajada.

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport