Wednesday, July 24, 2024

L-Ispeaker favur il-fatt li jiqsaru d-diskorsi fil-Parlament

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

“Illum li l-Parlament fih 79 Membru nemmen – kif diversi persuni u Membri anke stqarrew pubblikament – illi l-ħin massimu permissibbli għad-diskorsi għandu jinżel b’mod drastiku u ma  jkunx aktar minn 15 jew 20 minuta”

Dan kien il-messaġġ tal-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Anġlu Farrugia waqt iċ-ċerimonja ta’ tifkira biswit il-monument tas-Sette Giugno f’Misraħ San Ġorġ il-Belt.

Dwar dan, Farrugi qal li din hija waħda biss minn diversi emendi li l-Ispeaker innifsu јemmen li hemm bżonn isiru fl-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra sabiex il-Parlament ikun dejjem aktar effiċjenti. Qal ukoll li јinsab konvint li bil-koperazzjoni taż-żewġ naħat tal-Kamra јistgħu јaslu.

Fid-diskors tiegħu tal-okkażjoni, l-Ispeaker qal li lbieraħ kienu miġburin, bħalma ilhom јagħmlu għal diversi snin fil-jum tas-Sette Giugno, biex infakkru u nirriflettu fuq l-avvenimenti li seħħew fis-7 ta’ Ġunju 1919, speċifikament l-irvellijiet mill-poplu Malti kontra l-ħakma Ingliża li ġraw proprju fit-triq ta’ faċċata ta’ din il-pjazza, ftit ’il bogħod minn fejn ninsabu llum.

Dwar dan, huwa qal ukoll: “Meta wieħed jifhem il-kuntest li seħħew fih dawn l-irvellijiet jagħraf li dawn seħħew f’perjodu tal-istorja li fih pajjiżna kien ikkaratterizzat minn problemi ekonomiċi u soċjali kbar. Insemmi, fost l-oħrajn, il-faqar u l-ġuħ minħabba prezzijiet għoljin ta’ ikel bażiku bħall-ħobż”.

Spjega li dan kien ukoll perjodu ta’ taqlib politiku kbir, meta pajjiżna lanqas biss kellu l-ogħla liġi tal-pajjiż fuq xiex jistrieħ, kostituzzjoni li kienet tixraqlu mhux dakinhar, imma sa minn ħafna snin qabel, kostituzzjoni li tagħti s-setgħa lill-Maltin li jesprimu ruħhom dwar id-direzzjoni li xtaqu li pajjiżhom jieħu. Tliet snin wara l-irvellijiet illi seħħew fis-Sette Giugno tal-1919, il-poplu Malti finalment ingħata l-Kostituzzjoni Amery-Milner, li għalkemm kienet limitata ħafna, kienet timmarka wieħed mill-iżviluppi kostituzzjonali u politiċi ewlenin ta’ pajjiżna.

Enfasizza li fil-parti l-kbira tiegħu dan l-iżvilupp huwa attribwit għal dak li l-Maltin, b’ħeġġa u b’kuraġġ liema bħalhom, għamlu fl-irvellijiet tas-Sette Giugno.

Minn riċerka illi għamel l-Ispeaker innifsu, jidher li kien hemm 64 suldat Ingliż li kienu ordnati li mhux biss iferrxu n-nies fil-Belt imma anke jiftħu n-nar fuq il-folla.

Qal li ma jridx jonqos milli nsemmi u jfakkar il-vittmi immedjati ta’ dawn il-protesti li tilfu ħajjithom waqt l-irvellijiet u li isimhom huwa mnaqqax fuq dan il-monument. Irrefera għal Emanuel Attard, Karmenu Abela, Gużè Bajada u Wenzu Dyer.

Hawnhekk, irrimarka li ma jridx jinsa wkoll dak li ġara fil-jiem ta’ wara s-Sette Giugno, meta kien hemm persuni oħrajn li tilfu ħajjithom jew li kellhom feriti gravi konsegwenza tat-tiri u daqqiet ta’ bajunetta li qalgħu mingħand dawn is-suldati.

Qalilna; “Dan il-monument għalhekk iservi biex ifakkarna wkoll kif tnaqqxet parti ewlenija mill-istorja ta’ pajjiżna. Meta wieħed jirrifletti fuq dak li ġara fl-1919, wieħed ma jistax ma jinnotax xi ftit tal-ironija meta niftakru li, proprju ftit snin qabel, 10% tal-popolazzjoni ta’ Malta, u allura qed ngħidu aktar minn 20,000 persuna – għax il-popolazzjoni f’Malta kienet tgħodd madwar 222,000 f’dak il-perjodu “.

Fid-diskors, Farrugia irrimarka li fis-snin u x-xhur ta’ qabel is-Sette Giugno, il-Maltin obdew id-direzzjoni tal-alleati fl-Ewwel Gwerra, tant li fis-26 ta’ April tal-1919 fiċ-ċimiterju Tal-Pietà saret ċerimonja kbira ad unur ta’ dawk is-suldati li mietu f’Gallipoli, fosthom suldati Awstraljani, minn New Zealand, u anke Maltin, li jinsabu midfuna hemm. L-istess sar fi knisja popolari mal-Maltin ta’ dak iż-żmien, dik ta’ San Marku, f’Lixandra fl-Eġittu, fejn il-knisja kienet mimlija daqs bajda.

Huwa qal ukoll; “Nibda biex nindirizza kritika li spiss issir, anke minn membri parlamentari stess, dwar it-tul tal-ħin tad-diskorsi fil-Kamra. Filwaqt li nosserva li, bħal f’leġiżlaturi preċedenti, fil-bidu ta’ din il-Leġiżlatura l-Kamra qablet li tqassar il-limitu tal-ħin għad-diskorsi għal massimu ta’ nofs siegħa, għajr għal xi eċċezzjonijiet fejn jista’ jkun itwal, żgur li wasal iż-żmien li dan il-limitu ta’ ħin jidħol ukoll fl-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra”.

Ekonomija

Sport