Wednesday, February 26, 2025

L-Ispeaker iwissi lill-Kap tal-Oppożizzjoni biex ma jirrepetix diskors li kien qal 

Aqra wkoll

L-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Anġlu Farrugia wissa severament lill-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech biex ma jerġax jirrepeti kliem bħal dak li qal fis-seduta tat-Tnejn li għadda.

F’ruling li ta lbieraħ, l-Ispeaker innota li l-Kap tal-Oppożizzjoni qal li ma kien se jirtira l-ebda kliem li kien indirizzat lill-Prim Ministru. Huwa saħaq li dan il-kliem ċertament mhuwiex parlamentari u huwa oġġezzjonali.

“Is-Sedja qiegħda għalhekk bl-aktar mod kategoriku tiċċensura dak il-kliem, li ċertament mhuwiex den ta’ ebda Membru li jgħidu fil-Kamra waqt kwalunkwe dibattitu,” żied jingħad.

Għalhekk fiċ-ċirkostanzi, l-Ispeaker wissa lill-Kap tal-Oppożizzjoni biex ma jerġax jgħid kliem bħal dan għaliex fin-nuqqas ta’ dan ikollu jieħu l-passi kontemplati taħt l-Ordnijiet Permanenti, kif ukoll l-Ordinanza dwar il-Privileġġi u s-Setgħat tal-Kamra tad-Deputati. 

Min-naħa l-oħra, is-Sedja semgħet kif il-Prim Ministru kien irtira xi kliem li kien qal fil-konfront tad-Deputat Nazzjonalista Alex Borg, u għalhekk kienet ikkonfortata b’dan. 

Is-Sedja temmet tħeġġeġ lill-Membri kollha biex l-imġiba tagħhom tkun skont l-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra, mhux biss għal din is-seduta iżda għas-seduti kollha. Dan b’rispett lejn il-Kamra, lejn l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż u fuq kollox lejn il-poplu lii jsegwi mill-qrib id-dibattiti f’din l-ogħla istituzzjoni.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport