Friday, November 15, 2024

L-Ispeaker ixejjen rapport li deher fuq “The Shift News”

Aqra wkoll

L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia għamel referenza għal rapporti fil-midja ppubblikati llum fuq il-portal online ‘The Shift News’ dwar ir-rispons tiegħu għar-rapport tal-Kunsill tal-Ewropa dwar Rosianne Cutajar.

Fi staqrija, l-Ispeaker Farrugia ċċara li l-informazzjoni mitluba mill-President tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa (PACE) dwar iż-żmien u l-proċeduri mill-Kumitat għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika dwar il-każ ta’ Rosianne Cutajar intbagħtet fit-18 ta’ Jannar 2022.

L-istqarrija żiedet tgħid li l-aħħar korrispondenza li waslet mingħand il-President tal-PACE aktar kmieni dan ix-xahar fl-4 ta’ April 2022 ma talbetx aktar informazzjoni minbarra dik li ntbagħtet fit-18 ta’ Jannar 2022.

F’din l-istess ittra, il-President tal-PACE informa lill-Ispeaker Farrugia li r-rapport relattiv se jintbagħatlu malli jsir pubbliku. 

Ekonomija

Sport