Saturday, November 23, 2024

L-Ispeaker jiġi ppreżentat b’pubblikazzjoni ġdida ‘Il-Knisja u s-Sette Giugno’

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia ġie ppreżentat b’pubblikazzjoni ġdida ta’ Fr Raymond  Gatt OP, bit-tema ‘Il-Knisja u s-Sette Giugno’, proprju f’lejlet iċ-ċelebrazzjoni tal-101 sena ta’ kommemorazzjoni tas-Sette Giugno.

F’kelmtejn li għamel Fr Gatt, hu qal li dan il-ktieb jittratta dwar is-sehem tal-Knisja biex tikkalma n-nies waqt u wara s-Sette Giugno. Fost dawn, kien hemm Mons. Ġużeppi De Piro, Dun Enrico Dandria, l-Isqof Awżiljarju Mons. Anġlu Portelli OP u Dun Injazju Panzavecchia. 

L-Ispeaker qal li dan il-jum imdemmi ta’ 101 sena ilu kien il-bidu tal-qawmien kontra l-forzi li kienu jaħkmu lil pajjiżna, u l-ewwel pass sabiex il-Maltin ikollna rajna f’idejna. “Għalhekk, din il-kommemorazzjoni għandna nagħtuha l-ġieħ mistħoqq u nfakkru dak li għaddew minnu missirijietna għaliex, li ma kienx għalihom, pajjiżna llum mhuwiex dak li hu b’dak li akkwistajna fl-interess ta’ kull wieħed u waħda minnha,” ikkonkluda l-Ispeaker Anġlu Farrugia.

Sport