Saturday, November 23, 2024

L-isplużjoni f’Bejrut: Il-President kien ilu jaf dwar il-ħażna ta’ splussiv ġimgħat qabel seħħet l-isplużjoni

Aqra wkoll

Il-President Libaniż żvela li kien jaf bl-ammont kbir ta’ splussiv li kien maħżun fil-port ta’ Bejrut kważi tliet ġimgħat qabel seħħet l-isplużjoni traġika aktar kmieni din il-ġimgħa.

Il-President Michel Aoun kien mgħardaf dwar il-madwar 2,750 tunellata ta’ ammpnium nitrate maħżunin fil-port fl-20 ta’ Lulju li għadda. Huwa sussegwentement ordna lil uffiċjali biex jieħdu l-passi neċessarji.

Il-ħażna ta’ splussiv kienet ilha miżmuma fuq il-post sa mill-2013 wara li kienet ġiet ikkonfiskata minn abbord vapur tal-merkanzija. Madankollu Aoun qal li huwa ma kellu l-ebda awtorità biex jinterferixxi b’mod dirett mal-port. Huwa anke qal li ma kienx jaf fejn kienet qed tinżamm b’mod preċiż.

Meta mistoqsi minn ġurnalist dwar jekk ħassx il-ħtieġa li jara li l-ordni tiegħu ġietx esegwita, Aoun qal li “taf kemm hemm problemi li ilhom jakkumulaw?”

Tenna li hemm uffiċjali li messhom jafu x’inhuma d-dmirijiet tagħhom u li lkoll kemm huma kienu informati.

Dokumenti juru li awtoritajiet Libaniżi fid-Dwana, il-militar, is-sigurtà u l-ġudikaura esprimew it-tħassib tagħhom dwar is-sitwazzjoni għaxar darbiet fis-seba’ snin li l-isplussiv kien ilu maħżun fil-port.

L-isplużjoni ta’ nhar it-Tlieta li għadda ħalliet mill-inqas 154 persuna mejtin, b’eluf oħrajn midrubin.

Sport