Thursday, December 26, 2024

“L-isplużjonijiet fl-aħħar sigħat kienu qishom terremot”

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

“L-isplużjonijiet illum huma kontinwi u qawwija ħafna. Qishom terremot”. Dan hu l-kumment li għadditilna persuna  li tinsab fi Kiev, hekk kif ilbieraħ kompla l-attakk mit-truppi Russi fuq il-kapitali tal-Ukrena. Ukrena, li ġiet Malta diversi drabi u li tinsab fi Kiev, meta tkellmet ma’ L-ORIZZONT qaltilna li “ħajjitna saret kważi ġurnata sħiħa fil-basement. Sa ftit jiem ilu l-isplużjonijiet konna nisimgħuhom fil-bogħod imma issa saru qawwijin ħafna. Il-qawwa tagħhom ma nistax niddeskriviha. Uliedi imwerwrin. Jibku ma’ kull ħoss li jisimgħu”. 

Għadd ta’ Maltin offrew spazju f’darhom lil refuġjati Ukreni

Intant għadd ta’ Maltin, qegħdin joffru spazju fl-appartamenti jew djar tagħhom lil refuġjati Ukreni. Fil-fatt kienu diversi dawk il-Maltin li għamlu kuntatt mar-rappreżentanti tal-komunità Ukrena f’Malta u offrew l-ispazju għal dawk li ġew u mistennija jiġu f’pajjiżna mill-Ukrajna. “Quddiem dak li qed jiġri, kif tista’ ma toffrix post lil dawn in-nies. Dawn huma r-refuġjati ġodda ta’ pajjiżna. Nies li sa ftit ġimgħat ilu kellhom ħajjithom normali. L-inqas ħaġa li għadditihom minn rashom ftit ġimgħat ilu hi dik li se jispiċċaw refuġjati u li se jkollhom jaħarbu minn pajjiżhom”, qalilna missier li offra spazju f’daru. 

Ekonomija

Sport