Friday, October 3, 2025

‘L-isport għalija sar terapija u mezz kif inħossni iktar b’saħħti kemm fiżikament kif ukoll mentalment’ – Mearaid Ciantar Brown

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-Hyrox?
Tajjeb nibda billi ngħid li qatt ma kelli background sportiv, iżda ftit snin ilu bdejt bl-OCR li hu sport li verament għoġobni. Permezz tal-kowċ tiegħi, Julian, li introduċieni f’din id-dinja li qabel ma kont naf xejn biha, skoprejt mhux biss il-pjaċir tal-isport imma wkoll il-mod kif seta’ jgħinni negħleb l-ansjetà li kont inbati minnha. L-isport għalija sar terapija u mezz kif inħossni iktar b’saħħti kemm fiżikament kif ukoll mentalment. Minn hemmhekk bdejt inħossni mħajjar nipprova l-Hyrox. Ovvjament irrid ngħid ukoll li ltqajt ma’ partner straordinarju tad-doubles, Jessica, li fiha sibt kuraġġ, motivazzjoni u waħda mill-akbar ħbieb tiegħi. Minn dak il-mument, Hyrox sar parti sabiħa minn ħajti

X’suċċessi maġġuri ksibt fil-karriera tiegħek s’issa?

Għalija kull finish line hu suċċess personali, imma li nasal għall-miri tiegħi hu sodisfazzjon kbir. Is-sena l-oħra, jien u Jess irbaħna l-Club Attempt League fl-ewwel post. Ġejna wkoll it-tielet f’Hyrox Poznań fil-kategorija Pro u r-raba’ f’Hyrox Warsaw, wkoll fil-Pro. Ix-xewqa tagħna hi li nikkwalifikaw għall-Worlds. Din is-sena ħadt sehem ukoll f’Hyrox Rimini fil-kategorija Open, u għalkemm mhux podium, spiċċajt fis-28 post minn kważi 800 parteċipanta, b’ħin ta’ 1:12:31. Għalkemm kultant nipparteċipa waħdi, dejjem nippreferi tellieqa ta’ doubles. Inkella ma’ min ser noqgħod ngerger? Għalija dak hu l-isbaħ, li naqsmu kemm il-mumenti sbieħ kif ukoll il-mumenti diffiċli flimkien.

X’tikkummenta fuq il-kowċ, Julian Briffa?
Julian huwa l-persuna li għallimni nemmen fija nnifsi. Huwa mhux biss għallimni nħobb l-isport, iżda wkoll kif nħobb lili nnifsi. Julian jagħti l-appoġġ li kulħadd għandu bżonn u ħoloq komunità li qisha familja, fejn kulħadd sab wens f’xulxin. Nemmen li ħafna minna wasalna fejn wasalna grazzi għal din il-komunità li bena hu.

Kif tqis il-livell tal-Hyrox f’pajjiżna fil-preżent?
Qed jikber b’pass tajjeb. Dejjem qed jidħlu aktar nies, qed issir aktar awareness u l-livell kompetittiv qiegħed jogħla. Għad għandna fejn naslu, iżda l-bażi hawn u l-futur jidher pożittiv ħafna. Għandna diversi atleti dedikati li anke barra minn Malta qed jagħmlu isem sabiħ għal pajjiżna żgħir.

U dwar ir-riżorsi fejn tħarrġu u jkollkom il-kompetizzjonijiet tagħkom?
Fortunatament għandna Club Arena, li nista’ ngħid hi t-tieni dar tiegħi ta’ kuljum. Mhux biss post fejn tħarreġ, imma fejn issib komunità sħiħa. Club Arena hija mżejna b’kollox, kemm għall-Hyrox kif ukoll għall-OCR, u hu verament post mill-aqwa fejn tista’ tagħmel kollox. Jidher b’mod ċar il-livell ta’ dedikazzjoni, ħin u riżorsi li qed jinvesti Julian biex jagħti l-aħjar lil kulħadd. Hu jagħmel minn kollox biex id-dinja tal-isport f’Malta tissaħħaħ u tkompli tikber.

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-Hyrox?

Ix-xewqa ewlenija tiegħi hi li mmur għall-World Championships flimkien ma’ Jessica. Għalkemm kellna riżultati tajbin, s’issa għad ma kellnix dik l-opportunita’, imma dak hu l-għan sportiv tagħna għas-sena d-dieħla. Barra minn hekk, għax ġejja mill-OCR, nixtieq inżomm l-opportunità li nirrappreżenta lil Malta fil-Europeans u l-Worlds, kif diġà għamilt fis-snin li għaddew.

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-Hyrox.
Il-Hyrox hu sport li kulħadd kapaċi jagħmel. Bħal kull ħaġa fil-ħajja, bi ftit dedikazzjoni u dixxiplina tista’ tasal fejn trid. Qatt ma taqta’ qalbek – meta bdejt, kont naħseb li 2km kienu twal u ħafna, u llum għamilt full marathon ta’ 42km! Dan kollu grazzi għad-dedikazzjoni u l-appoġġ tan-nies ta’ madwari. Għalhekk nemmen li kulħadd jista’ jilħaq kull għan jekk jemmen fih innifsu u ma jċedix. Fittex komunità li tifhmek u tagħtik is-sapport li għandek bżonn, għax flimkien kollox isir aktar possibbli!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport