Edward Falzon hu physical trainer li jispeċjalizza fuq in-nutrizzjoni. Ftit tal-ġranet ilu hu kien fil-belt Pollakka ta’ Lodz fejn kien qed iwettaq dan ir-rwol fil-Logħob tal-Universita’. Lodz hi kkunsidrata bħala t-tielet l-akbar belt fil-Polonja. Din kienet is-sitt edizzjoni ta’ dawn il-logħob li huma kkunsidrati bħala l-ikbar avveniment sportiv fuq livell ta’ universitajiet Ewropej.
Proprjament dawn il-logħob bdew fis-17 ta’ Lulju u għandhom sejrin sal-aħħar ġimgħa ta’ dan ix-xahar. Dan l-avveniment qed jiġbor fih 20 sport differenti li jinkludu attivitajiet edukattivi, soċjali u kulturali. B’kollox madwar 7000 persuna qed ikunu involuti f’dawn il-logħob li jinkludu atleti, uffiċjali, referis u voluntiera.
Talk.mt tkellem ma’ Edward Falzon li deher ferm sodisfatt minn din l-esperjenza unika.
“Żgur li l-logħob Universitarju jagħti lok għal sportivi ġodda li jipprattikaw id-dixxiplina rispettiva tagħhom u jikkumplimentawha ma’ dik li jkunu qed jagħmlu mal-klabbs rispettivi tagħhom.”