Monday, March 3, 2025

L-isport in ġenerali jagħmel tajjeb kemm fiżikament kif ukoll mentalment allura huwa importanti ħafna – Luca Felice

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imhabba tiegħek lejn il-waterpolo?

L-imħabba tiegħi lejn il-waterpolo bdiet mill-etá ta’ 15-il sena. Bdejt naqra tard peró bl-għajnuna ta’ ċerti kowċis, familjari u d-determinazzjoni tiegħi irnexxieli nasal. Jien kont waqaft għal sena u nofs għax kont qed niddejjaq peró wara indunajt li żbaljajt u bl-għajnuna tal-kowċ tiegħi Niki Lanzon, l-assistant coach Simon Cassallo u speċjalment Andrew Paris president tal-klabb ta’ Exiles, erġajt bdejt. Il-plejers kienu ta’ sapport meta jarawni għajjien.

Iddeskrivi l-esperjenza preżenti tiegħek ma’ Exiles SC sa issa.

S’issa sejrin b’ritmu tajjeb ħafna u qed nibnu fuq kull logħba u dejjem immorru biex nimmiljoraw.

Lura fl-2018 għamilt esperjenza fis-Serbja. Kemm tgħallimt minn din l- esperjenza?

Fl-2018 meta kont is-Serbja tgħallimt ħafna affarijiet fuq il-waterpolo peró apparti fuq waterpolo tgħallimt ċerti aspetti fuq il-ħajja ta’ kuljum, dejjem grazzi għal Andrew Paris li kien tani din l-esperjenza.

Kif tqis il-livell tal-waterpolo Malti fil-preżent?

Il-waterpolo Malti bħalissa biż-żgħar li telgħin qed jidher li l-livell għola ħafna u nieħu gost nara hekk għax sfortunatment il-waterpolo f’Malta meta kumparat ma’ sports oħra qiegħed naqra baxx. Ċertu nies ma jafux bih u nixtieq li fil-futur jiġi livell ta’ futbol għax kapaċi.

U dak tar-riżorsi (pixxina) fejn tilagħbu l-logħob tagħkom?

Il-pixxina matul is-snin dejjem qed timmiljora u nemmen li bħala ASA dejjem tmur għall-aħjar biex l-isport tal-waterpolo jimxi ‘l quddiem.

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-waterpolo?

Il-futur tieghi fuq waterpolo jekk dejjem Alla jrid u jagħtini s-saħħa, se nibqa’ nilgħab għax meta ninżel għat-taħriġ jew għal-logħob ninsa kollox għal dawk is- sagħtejn. Nerġa’ nsemmih għax ħaqqu kull mertu Andrew Paris li reġa’ tani din l-opportunitá.

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-waterpolo.

Messaġġ finali għal min jixtieq jagħmel karriera hu li l-isport in ġenerali jagħmel tajjeb kemm fiżikament kif ukoll mentalment allura huwa importanti ħafna.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport