Wednesday, December 18, 2024

“L-isptarijiet qed jaraw inqas nies ibatu minn kumplikazzjonijiet relatati mal-Covid-19” – Prof Gauci

Aqra wkoll

Persuni pożittivi għall-Covid-19 mhux se jkunu qed jirċievu notifika separata dwar il-kwarantina

Il-maġġoranza tal-pazjenti pozittivi għall-Covid-19 u li jinsabu fl-isptar jinsabu hemm minħabba raġunijijet oħra u rriżultaw pożittivi biss għall-virus waqt testijiet ta’ rutina. 

Dan qalitu s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika waqt li kienet qed twieġeb numru ta’ mistoqsijiet fuq Times Talk.

Prof. Gauci nnotat li l-isptarijiet qed jaraw inqas nies li qed ibatu minn kumplikazzjonijiet relatat mal-Covid-19. “Dan huwa tajjeb għax ifisser li l-booster qed ikollu effett,” qalet Prof. Gauci.

Hija spjegat li dawk kollha li jirriżultaw pożittivi għall-Covid-19 mhux se jibqgħu jirċevu notifika separata dwar il-kwarantina. Iżda, il-messaġġ li jinfurmahom li huma pożittivi għall-Covid-19 ifisser li jkun qed javżahom biex kemm huma kif ukoll dawk il-persuni li jgħixu magħhom jagħmlu kwarantina.

Mistoqsija kif se jkunu jafu l-persuni d-data ta’ meta jistgħu joħorġu mill-kwarantina, Prof. Gauci spjegat li se jkunu dawk li huma pożittivi għall-virus u dawk li jgħixu magħhom li jikkalkulaw iż-żmien, filwaqt li jiddependi jekk ħadux il-booster jew le.

Spjegat li l-ġurnata meta jsir l-iswab test tissejjaħ “Day zero” u din għandha tkun ta’ indikazzjoni biex in-nies jikkalkulaw il-ġranet li jridu jagħmlu fi kwarantina. 

Qalet ukoll li l-istess notifika tista’ tintwera lil min iħaddimhom. 

Ta’ min ifakkar li l-perjodu ta’ kwarantina issa tnaqqas għal 10 ġranet għal dawk pożittivi għall-Covid-19 u jkunu ħadu l-booster. 

Dan sakemm fl-aħħar tlett ijiem ta’ kwarantina, dawn l-individwi ma jkollhomx sintomi. 

Il-persuni li jgħixu fl-istess residenza ma’ persuni li jirriżultaw pożittivi għall-virus, jistgħu wkoll joħorġu mill-kwarantina wara għaxart ijiem jekk kemm huma kif ukoll il-persuna pożittiva, ikunu tlaqqmu bil-booster. 

F’każ li ma jkunux ħadu l-booster, kull min jgħix fl-istess residenza irid jagħmel kwarantina ta’ 14-il ġurnata.

Ekonomija

Sport